TVM - Insights - 22 ta' Jan 2021

Decizjoni rigward ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Ltd rigward il-programm Insights li xxandar fit-22 ta Jannar 2021

L-Awtorità tax-Xandir kellha quddiemha ilment imressaq fis-27 ta Jannar 2021 mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Ltd rigward il-programm Insights li xxandar fit-22 ta Jannar 2021 u li kien jikkonsisti f intervista mill-gurnalist Glen Falzon lill-Kap tal-Oppozizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista ilmenta li l-mistoqsijiet u l-agir tal-prezentatur tal-programm kienu bbazati fuq narrativa politika partiggjana tal-Partit Laburista u tal-Gvern fil-konfront tal-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Bernard Grech. Il-Partit Nazzjonalista ilmenta li t-trattament tal-prezentatur waqt l-intervista mal-Kap tal-Oppozizzjoni kienet differenti mill-atteggjament tieghu meta intervista lill-Prim Ministru fi programm iehor ta Insights. Qal li l-prezentatur ghamel mistoqsijiet difficli fil-konfront tal-Kap tal-Oppozizzjoni filwaqt li mexa b ingwanti tal-harir mal-Prim Ministru. Fl-istess ilment, il-Partit Nazzjonalista osserva li l-gurnalist ta   TVM minflok ivverifika l-fatti, silet stejjer partiggjani u fattwalment skorretti li kienu mxandra mill-media tal-Partit Laburista u staqsa dwarhom daqslikieku kienu fatti.

Il-Partit Nazzjonalista ilmenta li TVM holoq sitwazzjoni ta nuqqas ta imparzjalità u zbilanc fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u talab rimedju skont il-ligi.

Waqt seduta  li instemghet quddiem l-Awtorità fil-11 ta Marzu, is-Segretarju Generali Dr Francis Zammit Dimech u Dr Karol Aquilina f isem il-Partit Nazzjonalista dehru b mod virtwali u pprezentaw il-kaz taghhom. Ghall-PBS dehru l-Kap tal-Ahbarijiet u Editur tal-PBS is-Sinjura Norma Saliba; is-Sur Joe Sammut, ic-Chairman tal-Bord Editorjali u Dr Ishmael Psaila li deher in rapprezentanza tal-PBS.

Dr Zammit Dimech beda billi qal li filwaqt li jirrispetta l-libertà gurnalistika u jhares b mod pozittiv lejn il-gurnalizmu investigattiv izda il-ligi titlob trattament xieraq. Qal li dan ma inghatax fis-sensiela tal-programmi Insights partikolarment jekk wiehed iqabbel l-intervista li saret mal-Prim Ministru u l-intervista li saret mal-Kap tal-Oppozizzjoni. Dr Zammit Dimech 6spjega li l-mod kif saru l-mistoqsijiet lill-Kap tal-Oppozizzjoni kienu juru li ma kienx hemm trattament ugwali bejn il-mistoqsijiet li saru lill-Prim Ministru.

Min-naha tieghu Dr Karol Aquilina li ukoll deher ghall-Partit Nazzjonalista qal li gurnalist ta xandir nazzjonali ghandu l-obbligu li ma jurix pregudizzju meta jintervista politici u qal li filwaqt li l-Prim Ministru bhal donnu inghata free hand biex jitkellem fuq x hiex irid.  Mill-banda l-ohra, l-mistoqsijiet li saru lill-Kap tal-Oppozizzjoni kienu mistoqsijiet loaded bl-ewwel wahda tkun fuq ir-reshuffle li kienet saret mill-Oppozizzjoni. Dr Aquilina qal ukoll li sahansitra t-ton u l-attitudni tal-gurnalist kienu differenti bejn iz-zewg kapijiet.

Fl-ahharnett Dr Aquilina staqsa jekk il-gurnalist/prezentatur Glen Falzon kienx ircieva hlas mill-Gvern ghall-attività tal-Gvern li pprezenta ftit jiem biss wara l-programm Insights. Qal li qed jaghmel din il-mistoqsija ghaliex b dan il-mod, il-gurnalist jista jkun li jkun diga ppregudikat kontra l-Partit Nazzjonalista. Izda l-PBS hass li ma kellux iwiegeb ghal din il-mistoqsija minhbba li din kienet irrelevanti mill-ilment u imkien ma ssemmiet fl-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista.

L-Awtorità wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat id-dokumentazzjoni u l-programmi in kwistjoni u li ssemmew fis-sottomissjonijiet, kienet tal-fehma li r-reazzjonijiet tal-mistiedna ma tohloqx zbilanc imma l-bilanc inholoq bit-trattament ugwali fis-sens li inghataw l-istess opportunità ta intervista u pjattaforma. 

L-Awtorità tifhem li kull gurnalist ghandu d-dritt li jaghmel il-mistoqsijiet anke jekk min qed jigi intervistat jista jinhass li jkun skomdu. Filwaqt li jzomm ir-rispett lejn min qed jintervistah, il-gurnalist ghandu jitratta mistoqsijiet b temi kurrenti aktar u aktar meta l-persuna tkun politika bhal f dan il-kaz.

Fi programmi gurnalistici bhalma hu Insights, li huwa programm li jitratta temi kurrenti, huwa difficli li jkun hemm trattament ugwali anke minhabba l-fatt li temi kurrenti jkunu qed isehhu u jizviluppaw minn jum ghall-iehor. L-Awtorità tifhem li l-gurnalist jindirizza mistoqsijiet specifici u partikolari skont il-persuna li jkun qed jintervista u f dan il-kaz is-suggetti ghad-diskussjoni riedu jkunu differenti bejn il-Kap tal-Oppozizzjoni u bejn il-mistqosijiet tal-Prim Ministru.  It-trattament tal-gurnalist bejn programm u iehor se jkun qed jiddependi wkoll mit-twegibiet li jsiru u allura mill-htiega jew le ta follow up questions.

Filwaqt li TVM ta l-istess pjattaforma b hin ugwali kemm ghall-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozizzjoni billi dawn gew intervistati t-tnejn b mod separat fil-programm Insights mill-istess gurnalist/prezentatur, izda l-Awtorità thoss li mhijiex l-irwol tal-Awtorità li tindika liema ghandhom ikunu t-temi tal-mistoqsijiet u wisq inqas kif isiru l-mistoqsijiet dment li dawn isiru b rispett u b mod gust quddiem il-persuna li tkun qed tigi intervistata.

In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet rigward zbilanc u nuqqas ta imparzjalità, l-Awtorità ddecidiet illi f dan il-kaz l-ilment tal-Partit Nazzjonalista ma jissustix u ghalhekk m ghandux jintlaqa .

L-Awtorità tiehu l-opportunità biex tfakkar li r-rwol tal-gurnalist tas-servizz pubbliku ghandu jkollu l-integrità biex ma jigix/tigix influwenzat/a fix-xoghol gurnalistiku tieghu/taghha. L-Awtorità tigbed l-attenzjoni wkoll li l-PBS irid jara li l-ghazla ta gurnalisti hija krucjali sabiex tidher l-imparzjalità fil-programmi ta grajjiet kurrenti li jkunu qed jittellghu. L-indipendenza tal-gurnalisti hija essenzjali biex l-imparzjalità dovuta tintlahaq hekk kif titlob il-ligi.

 

26 ta Marzu 2021