TVM - Illum ma' Steph - 21 ta' Marzu, 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta TVM rigward il-programm Illum ma Steph li ixxandar fil-21 ta Marzu, 2018

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar l-edizzjoni tal-programm Illum ma Steph li xxandar fil-21 ta Marzu, 2018 fejn gie allegat ksur ta Paragrafu 3.2 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.22, Htigiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta Kompetizzjonijiet u l-Ghoti ta Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir meta f dan il-programm il-prezentatrici Stephanie Spiteri tkellmet dwar il-pagna facebook tal-programm u qalet li din kienet “qed taghmlilkom l-istedina li tikkompetu maghna fil-loghba tal-Bond s. Kulma tridu taghmlu tidhlu fil-pagna, issibu hemmhekk ir-ritratt tal-Bond s, ghandna mistqosija, x inhija l-offerta ta dan ix-xahar, l-offerta tal-Bond s ta dan ix-xahar, tibaghtu r-risposti taghkom, u kull gimaghtejn tistghu tirbhu zewg imhadded minghand Bond s tal-Materassi e Materassi; però barra minn hekk tistghu tidhlu fic-cans li tirbhu voucher ta €2500”. Waqt li kienet qed titwassal din l-informazzjoni fuq l-iskrin deher ukoll ir-ritratt inkwistjoni. Minkejja li din il-kompetizzjoni kienet intiza ghal fuq il-pagna facebook (bil-hsieb tal-mistoqsija ma jkunx marbut mal-programm izda mal-fornitur tal-premju), xorta wahda effettivament twasslet waqt il-programm. Madankollu mkien ma kienet indikata bhala “Messagg Promozzjonali”.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u li kien akkumpanjat minn Ms Stephanie Spiteri ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-2 ta Mejju, 2018.

Minn naha tieghu s-Sur Micallef iddikjara li l-istazzjon ma kienx konxju li l-prezentazzjoni indikata kienet b xi mod tikser ir-regolamenti dwar reklamar.

Ms Stephanie Spiteri qalet li kull darba li ngibdet l-attenzjoni minn naha tal-Awtorità din dejjem fittxet li tirrettifika n-nuqqasijiet indikati madanakollu f dan il-kaz fl-ebda mument ma rrejalizzat li kienet qed tikser il-ligi. Ziedet li dan il-kaz kien nuqqas minn naha taghha u li fil-kaz in kwistjoni hija ma kellha l-ebda introjtu.

Ms Spiteri qalet li kienet thossha responsabbli immens ghal dak li kien jixxandar u f dan il-kuntest talbet li l-Awtorità torganizza laqghat one-on-one mal-produtturi.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon, li dan ha l-passi necessarji sabiex jindirizza n-nuqqas u l-fatt li din kienet l-ewwel darba li nstab hati ta ksur u qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tal-nuqqas. In oltre l-Awtorità rrikonoxxiet l-importanza ta tahrig ghall-operaturi f dan il-qasam.

Illum id-9 ta Mejju, 2018