TVM - Gvern li Jisma - 5 ta' Lulju, 2016

Ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista rigward Spots imxandra fuq TVM bl-isem ‘Gvern li Jisma

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 5 ta Lulju, 2016 rigward xandir ta spots fuq TVM bl-isem ta ‘Gvern li Jisma li skont il-Partit Nazzjonalista dawn l-ispots kienu reklami politici li jmorru kontra l-Kostituzzjoni u l-Ligi tax-Xandir.

L-Awtorità semghet lill-Avukat Francis Zammit Dimech u lis-Sur Matthew Bonett Direttur Informazzjoni f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd, li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd, f seduta li nzammet fil-21 ta Lulju, 2016.

Minn naha tieghu Dr Zammit Dimech ikkontenda illi filwaqt li kull Gvern setgha jirreklama u javza laqghat ta diskussjoni, fil-kaz in ezami l-kontenut tal-ispots kien wiehed politikament ‘loaded u kien imur oltre minn avviz. Zied li minbarra li l-kontenut kien politiku kien ukoll tali li dwaru kien hemm opinjonijiet differenti u kontrastanti.

Dr Zammit Dimech qal li skont il-Kostituzzjoni, l-Awtorità ghandha tizgura li tigi mizmuma imparzjalità xierqa dwar hwejjeg ta kontroversja politika filwaqt li l-Att dwar ix-Xandir, kien jipprojbixxi x-xandir ta reklamar politiku. Zied li in vista ta dan il-Partit Nazzjonalista kien qed jitlob rimedju fis-sens li jigi allokat hin identiku fi spots sabiex jirrispondi u jipprezenta l-veduti tieghu dwar l-oqsma trattati fl-imsemmija spots.

Dr Mark Vassallo ikkontenda illi dawn l-ispots ma kienux prodotti mill-istazzjon u l-kontenut ma kienx wiehed li l-istazzjon kellu kontroll fuqu. Zied li in oltre dawn l-ispots kienu ilhom jixxandru u spots simili kienu xxandru ukoll taht amministrazzjonijiet ohra.

Dr Vassallo qal li f dan il-kaz bhal f kazi ohra l-Awtorità kellha l-kompitu li tiddeciedi jekk il-kontenut tal-ispots kienx jippromwovi attività ta diskussjoni dwar tema partikolari kif tippermetti l-ligi jew jekk kienx jikkostitwixxi evidentement reklamar politiku. In oltre kien importanti li wiehed jaghmel distinzjoni bejn Gvern u Partit.

Dr Vassallo qal li dawn l-ispots kienu bi hlas u kienu xxandru wkoll fuq Net TV u ghaldaqstant dan il-fatt kien jindika li ghal Net TV dawn ma kienux jipprezentaw propoganda ghall-Gvern. In oltre mhux l-ispots kollha kellhom l-istess kontenut u wara li jsir statement isir appell ghal min irid jattendi ghad-diskussjoni.

F dan l-istadju Dr Vassallo qal li l-Awtorità kellha tara u tintroduci metodu kif fil-futur dawn l-ispots kellhom jigu regolati.

Dr Zammit Dimech qal li wiehed ma setghax jghid li l-PBS ma kienx responsabbli ghax finalment l-obbligu jaqa fuq min ixandar. Zied li l-fatt li l-ispots ilhom jixxandru ma kienx rilevanti ghall-kaz, aktar u aktar meta wiehed iqis li d-doza ta politika kompliet tizdied progressivament maz-zmien u l-avviz ghal attivita inbidel f kontenut kontroversjali.

Dr Zammit Dimech qal li f dan il-kaz il-Gvern hass li ghandu jirreklama dak li qed iwettaq pero l-Oppozizzjoni ghandha fehma differenti u ghalhekk ghandha tinghata spazju biex twassal proprju din il-fehma. Zied li in oltre Net TV kien enti kummercjali u bhala tali kellu l-Agenda tieghu u x-xandir ta dawn l-ispots mill-istess stazzjon kien akkumpanjat minn programmi u kontenut iehor kontrastanti.

Dr Zammit Dimech qal li Gvern ma kienx Partit Politiku pero meta Gvern jidhol f kontroversja politika allura r-rimedju jinghata lill-Partit Politiku. Zied li l-agir tal-PBS ma jistax ikun certifikat mill-kontenut imxandar fuq stazzjon politiku u peress li dwar it-temi trattati kien hemm opinjonijiet divergenti, l-mument li l-PBS jiddeciedi li jxandar l-ispots dan ried jaghti spazju lil kullhadd.

Wara li l-Awtorità kkunsidrat is-sottomissjoniijiet tal-partijiet ikkostatat is-segwenti:

L-Awtorità dejjem interpretat il-klawsola dwar reklamar politiku hekk kif riflessa fit-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir b mod wiesa .

Fil-kaz odjern, l-Awtorità intalbet taghti interpretazzjoni dwar tali reklami li xxandru fuq ix-xandir nazzjonali bl-isem ta ‘Gvern Li Jisma . Waqt is-smigh, gie rilevat li tali kaz huwa identiku ghal dak tal-2014 fejn fih l-Awtorità kienet iddecidiet li l-kontenut tar-reklami ‘Issa Nista kien wiehed ta natura politika u dan minhabba numru sostanzjali ta kummenti politici li kien fihom u ghalhekk hasset li kien jimmerita li l-Oppozizzjoni tinghata ammont ta hin sabiex tirrispondi ghal tali reklamar.

L-attivita ‘Gvern Li Jisma ilha ssir ghal dawn l-ahhar tlett snin, bil-mezzi tax-xandir ixandru reklami qosra dwar tali attivitajiet. Tul dawn is-snin, l-Awtorità qatt ma dehrilha li kellha tintervjeni fuq tali reklami ghaliex dawn gew meqjusa ta natura informattiva u ghalhekk ma jistax isir paragun mal-kaz citat tal-2014 dwar il-kampanja ‘Issa Nista .

L-Awtorità wara li kkunsidrat il-kontenut kollu tar-reklami dwar l-attività ‘Gvern Li Jisma ikkonkludiet li tali kontenut fl-assiem tieghu ma jikkostitwixxix reklamar politiku u ghalhekk iddecidiet li l-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista ma jirrizultax.

Illum id-29 ta Lulju, 2016