L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm Gadgets li xxandar fl-4 ta Gunju, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt din l-edizzjoni kien innutat illi l-ewwel servizz (drop test ta zewg mobiles) kif ukoll it-tieni servizz (iBallz, prodott li jservi ta protezzjoni ghat-tablets), anke jekk fi tmiem is-servizz il-prezentatrici tkellmet dwar il-bzonn ta protezzjoni ghall-mobiles, kienu separati minn sensiela ta reklami li kienet tinkludi reklam ta Vodafone li fih sar accenn partikolari fuq il-covers tal-mobiles. Dan ir-reklam b hekk holoq assocjazzjoni evidenti bejn iz-zewg irkejjen u l-covers li jinbieghu minghand Vodafone.
L-Awtorità semghet lil Dr Joanna Spiteri (li kienet qed tidher fl-assenza tal-Kap Ezekuttiv), lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, u lil Ms Martina Zammit f isem il-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-14 ta Lulju, 2015. Minn naha taghha Ms Zammit ikkontendiet li ma kien hemm l-ebda intenzjoni li jkun hemm konnessjoni jew assocjazzjoni bejn l-irkejjen indikati fl-akkuza u r-reklam ta Vodafone. Ziedet li l-kummenti taghha dwar il-htiega ta protezzjoni kienu generici u ma kienux jirreferu b mod esklussiv ghall-mobile phones.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ma setghatx taccetta t-tezi tal-produzzjoni li r-riferenza ta protezzjoni kienet wahda generika u ghalhekk qablet li l-assocjazzjoni bejn il-kontenut tas-servizzi u r-reklam kienet evidenti u ghaldaqstant l-akkuza kienet giet ippruvata, u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur f dan il-programm, iddecidiet li timponi l-penali relattiva ta elf mija u sittin Ewro (€1160) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 23 ta Lulju, 2015