TVM - Dissett - 20 ta' Marzu, 2014

Ilment mill-Partit Nazzjonalista

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat l-7 t April, 2014 rigward il-programm Dissett li xxandar fl-20 ta Marzu, 2014 liema programm tratta l-pjan tal-Gvern li jahzen il-gass (LNG) ghall-power station il-gdida fuq tanker ankrat fil-bajja ta Marsaxlokk.

L-Awtorità semghet lil Dr Karol Aquilina f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-prezenza tas-Sur David Herrera Direttur tal-Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentaza ta PBS Ltd. F dan il-kaz l-Awtorita semghet ukoll lill-Professur Alfred Vella li deher bhala xhud tal-istess stazzjon.

Il-Partit Nazzjonalista qal li f dan il-kaz kien qed jilmenta ghal mod kif tmexxa dan il-programm li kien jitratta dwar materja ta kontroversja politika.  Zied li l-ghazla tal-mistiedna kienet intiza li tmexxi l-quddiem l-agenda tal-Gvern.  Zied li dwar il-Professur Alfred Vella, l-Prim Ministru kien iddikkjara li dan kien konsulent tieghu, l-Inginier Paul Cardona kien manifestament favur li l-gass jinhazen fuq tanker fil-port filwaqt li l-Inginier Arthur Ciantar tkellem kontra l-proposta li t-tanker jigi ankrat fil-bajja ta Marsaxlokk.  Zied li filwaqt li l-Inginier Arthur Ciantar ghalkemm kontra l-progett ma kienx jirrapprezenta l-Oppozizzjoni, l-istess Inginier Cardona ma cahadx li huwa mhallas mill-Gvern u jifforma parti mill-progett. Il-Partit Nazzjonalista qal li fil-programm ghalkemm kien hemm kummenti irrekordjati ta Dr Ann Fenech, l-Perit Carmel Cacopardo u Dr Miriam Dalli, kien hemm rapprezentanti tal-Gvern u ta dawk direttament interessati fil-progett u ma kienx hemm rapprezentant tal-Oppozizzjoni. 

Minn naha tieghu l-istazzjon qal li l-mod tal-ghazla tal-mistiedna waqghet fuq esperti biex il-programm ikun wiehed bilancjat.  Zied li ghalkemm il-pozizzjoni tal-Inginier Arthur Ciantar kienet maghrufa dan ma kienx jaf x kienu ser jghidu l-esperti l-ohra.  L-istazzjon qal li d-dikjarazzjoni tal-esperti fil-materja kienet cara u kienet l-intenzjoni li jipprezenta argumenti xjentifici minn nies teknici u esperti u mhux opinjonijiet.  L-istazzjon zied li  d-diskussjoni dwar din il-materja ma kellhiex tieqaf fuq l-aspett politiku u t-telespettatur kien espost ghal hafna interventi politici fuq is-suggett, u ghalhekk f dan il-programm partikolari ried juri l-aspetti teknici.  

L-Awtorità hadet konjizzjoni u ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, u wara li precedentement kienet rat il-filmat relattiv iddecidiet li ma kienet issib l-ebda raguni li setghet twassal biex il-veduti xjentifici espressi minn nies esperti fil-qasam setghu b xi mod jikkostitwixxu zbilanc.  Mid-dikjarazzjonijiet sottomessi waqt is-smigh l-Awtorità kkonstatat li l-ebda wiehed mill-esperti li hadu sehem fil-programm ma kien espert imhallas mill-Gvern u li seta b xi mod l-ghazla tieghu tkun intiza biex tmexxi ‘l quddiem l-agenda tal-Gvern, kif intqal fl-ilment.  Mil-lat politiku, it-tliet partiti inghataw l-istess opportunita` biex iwasslu l-veduti taghhom waqt il-programm permezz ta kumment irrekordjat. Kienet diskrezzjoni tal-produttur/prezentatur li jwassal il-kummenti xjentifici dwar is-suggett u ma bl-ebda mod ma jista jwassal ghal xi forma ta zbilanc kif kien intqal fl-ilment tal-Partit Nazzjonalista.  In vista ta dan l-Awtorità ma sabet l-ebda bazi li fuqha setghet tikkonsidra li l-kontenut tal-programm jew kif gie pprezentat jikkostitwixxi zbilanc kontra l-Partit Nazzjonalista u ghalhekk iddecidiet li ma kienitx qed tilqa l-ilment maghmul mill-istess Partit.

Illum 30 t April, 2014