TVM - Dissett - 2 ta' Marzu 2016

Decizjoni dwar ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Ltd rigward l-Edizzjoni tal-Programm Dissett li xxandar fuq TVM fit-2 ta Marzu 2016


L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 9 ta Marzu 2016 rigward il-programm Dissett li xxandar fuq TVM nhar l-Erbgha 2 ta Marzu 2016 li fih kellu bhala mistieden wahdu lill-Ministru Konrad Mizzi.

L-Awtorità semghet lill-Avukat Matthew Paris u lis-Sur Matthew Bonnett, Direttur Informazzjoni f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd, li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd f seduta li nzammet fil-15 ta Marzu 2016.

Min-naha tieghu Dr Matthew Paris ikkontenda li skont il-Partit Nazzjonalista, l-edizzjoni tal-programm Dissett kien iddiskuta tema ta kontroversja politika u li ghaldaqstant il-programm, skont il-ligi, kellu jkun bilancjat. Zied li waqt il-programm, ma kien hemm hadd in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista biex jaghti l-veduti tieghu dwar dak li kien qed jigi diskuss u ghalhekk inholoq zbilanc kontra l-Partit Nazzjonalista li wassal ghall-ilment.

Dr Paris sostna li r-risposta tal-PBS m offriet l-ebda rimedju ghal dan l-izbilanc. Huwa qal li stenna li l-istazzjon jaghmel offerta bhal ma ghamel fil-kaz tal-programm li kien jinvolvi intervista one on one mal-Prim Ministru u li l-gimgha ta wara kien hemm replika mal-Kap tal-Oppozizzjoni.

Dr Paris elenka numru ta decizjonijiet li l-Awtorità tax-Xandir (diversament komposta) kienet hadet f kazijiet bhal dawn, fosthom dwar partecipazzjoni tal-Ministru Manuel Mallia f Dissett tat-3 ta Marzu 2014, il-kaz tal-ahbarijiet tal-14 t Awwissu 2015 u l-edizzjoni ta TVAM ta nhar is-16 ta Jannar 2014. Zied li l-opinjonisti li taw il-kumment taghhom waqt l-edizzjoni ta Dissett ma kinux jirrapprezentaw il-veduti tal-Partit Nazzjonalista u dan kompla biex inholoq zbilanc.

Min-naha l-ohra Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza tal-PBS Ltd ikkontenda illi tali ilment kien qed jallega li programm one on one ma jistax isir. Huwa sahaq li l-ghan tal-programm kien li “jiggrilja” lill-Ministru Mizzi dwar din il-kwistjoni. Zied li ai termini tal-Avviz Legali 350.14, il-bilanc ma kienx matematiku u jista jitqies fuq serje shiha ta programmi. Qal ukoll li l-pozizzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet inkluza fis-servizz introduttorju tal-programm.

Dr Vassallo kompla billi fakkar li din l-edizzjoni tal-programm kellha tliet opinjonisti li wasslu l-fehma taghhom permezz ta SOTs u li f kaz li l-Ministru Mizzi qal xi haga waqt dan il-programm li kienet tehtieg kjarifika, dejjem kien hemm id-dritt ta risposta.

Is-Sur Reno Bugeja intant qal li dak li qal il-Ministru Mizzi waqt il-programm kienu ammissjonijiet u li l-programm ma kien holoq l-ebda zbilanc.

Wara li l-Awtorità semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-kazistika dwar kazi simili kkostatat is-segwenti, u cjoè:

L-Awtorità ma thossx li ghandha tilqa l-ilment tal-Partit Nazzjonalista kif gie mitlub minhabba li ma kienx hemm kaz ta zbilanc.

L-Awtorità tifhem li l-hsieb editorjali u l-iskop wara din l-edizzjoni tal-programm Dissett kienet primarjament li jsiru mistoqsijiet lill-Ministru Konrad Mizzi dwar il-kwistjoni tal-Panama.

Dawn kienu mistoqsijiet li bilfors kellhom isiru u li fihom infushom ma jgibux zbilanc jew nuqqas ta' imparzjalità. Madankollu, uhud mir-risposti moghtija kienu kummenti u osservazzjonijiet politici li ghalihom il-Partit Nazzjonalista kellu d-dritt li jsemma l-veduti tieghu. Ghalhekk l-Awtorità ddecidiet li taghti dritt ta risposta ta tliet minuti u dan skont paragrafu 8.15.1 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14 u li tali risposta ghandha tixxandar fl-edizzjoni li jmiss tal-programm Dissett u ghandha tinqara fil-bidu tal-programm mill-prezentatur.


Illum 21 ta Marzu, 2016