Lment tal-Partit Nazzjonalista
Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment quddiem l-Awtorità tax-Xandir, dwar l-edizzjoni specjali tal-programm Bond+ tal-15 ta Novembru, 2010 li tratta d-diskors li kien ghamel il-Kap tal-Oppozizzjoni b reazzjoni ghall-budget imhabbar mill-Gvern u kalkoli tal-mizuri mhabbra mill-istess Kap tal-Oppozizzjoni, fejn gie allegat li kien hemm zbilanc fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, u dan peress li fl-istess programm l-Onorevoli Charles Mangion kien l-uniku partecipant fl-istudjo.
Fl-ilment tieghu il-Partit Nazzjonalista ikkontenda li l-partecipazzjoni tal-Onorevoli Charles Mangion fl-imsemmi programm li tratta tema ta policy pubblika kurrenti, kienet tirrikjedi l-bilanc ai termini tal-ligi, kif sottolinejat mill-istess Awtorita f decizjoni tat-8 ta Marzu, 2010, fejn l-Awtorità kienet sabet kontra l-istazzjon meta l-Onor. Vici Prim Ministru Tonio Borg kien l-uniku mistieden f edizzjoni ohra tal-programm.
L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taht Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jaghti s-setgha lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament ingust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni. Dan l-ilment beda jinstema f seduta li nzammet fit-12 t April, 2011 u kien konkluz fis-seduta tas-26 t April, 2011.
L-Awtorità semghet lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia f isem l-istazzjon, is-Sur Lou Bondi ghall-Produtturi, u kif ukoll lil Dr Frank Psaila li kien assistit minn Dr Carol Aquilina f isem il-Partit Nazzjonalista.
Wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet koncernati, l-Awtorità waslet ghall-konkluzjonijiet segwenti:
- Illi l-fatt li l-Awtorita kienet sabet kontra l-istazzjon meta trattat akkuza precedenti dwar edizzjoni ohra tal-imsemmi programm ma kienx ifisser li din kellha tiddeciedi bl-istess mod fil-kaz odjern u dan peress li c-cirkostanzi taz-zewg episodji kienu differenti.
- Illi l-programm in kwistjoni kien kontinwazzjoni tal-programm li kien ixxandar fl-1 ta Novembru, 2010 u fil-fatt il-prezenza tal-Onorevoli Charles Mangion kienet imprevista peress li sal-ahhar mument qabel il-programm il-Partit Laburista ma kienx ikkonferma din il-partecipazzjoni.
- Illi l-fatt li l-Onorevoli Charles Mangion kien l-uniku partecipant fil-programm ma kienx awtomatikament jirrendi l-programm zbilancjat. F dan ir-rigward l-Awtorita issolevat illi l-bilanc fi programm ma kienx unikament ottenut u dipendenti fuq il-prezenza numerika tal-partecipanti, izda kellu jittiehed in konsiderazzjoni il-kontenut u l-mod kif jizvolgi l-istess programm. Fil-fatt l-Awtorita nnutat illi l-programm kien jinkludi intervista irrekordjata mal-Ministru Tonio Fenech u qieset li l-prezenza tal-Onorevoli Charles Mangion ghenet sabiex il-programm in ezami ikun bilancjat.
In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet, u s-sottomissjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-Awtorità qablet li f dan il-kaz, l-ilment dwar zbilanc rilevat ma giex sufficjentement ippruvat u ghalhekk iddecidiet li l-ilment ma kienx gustifikat.