L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-programm Animal Diaries li xxandar fit-13 ta Frar, 2016 fuq TVM, fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16M(2)(b) ksur ta Artiklu 16K(a) u ksur ta Artiklu 16M(3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir meta matul dan il-programm, waqt li l-prezentatrici kienet qed titkellem mal-mistednin taghha fl-istudio, kien hemm numru ta istanzi li fihom dehru l-prodotti tad-ditta Royal Canin mqieghda magenb saqajn il-prezentatrici. Il-prodotti eventwalment inghataw bhala rigal lil dawk it-telespettaturi li ppartecipaw fil-programm. Dan kien akkumpanjat minn iffukar fuq il-prodotti imsemmija. Waqt dan il-programm kien innutat ukoll li s-sett kien jinkludi fih prodotti tar-Royal Canin u sahansitra f punt minnhom kien hemm iffukar fuq l-ixkaffa li fuqha kienu skjerati dawn il-prodotti. Sabiex ikompli jsir accenn fuq il-prodotti tad-ditta Royal Canin, matul il-programm dehru wkoll pop-up adverts tad-ditta Royal Canin illi kien wiehed mill-isponsors tal-programm u f wahda mill-waqfiet ghar-reklami kien inkluz ukoll reklam ghall-prodotti tal-imsemmija ditta. Kien allegat li l-pop-up adverts u r-reklam ta Royal Canin jaghtu indikazzjoni ta rabta kummercjali li tmur ‘il hinn mill-“forniment ta certi prodotti jew servizzi minghajr hlas” hekk kif stipulata fil-Ligi.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lil Ms Moira Delia produttrici tal-programm, f seduta li nzammet fit-30 t Awwissu, 2016.
Minn naha taghha Ms Delia filwaqt li ammettiet l-akkuza sahqet li dan kien zball minn naha tal-produzzjoni fejn dak li kellu jkun rikonoxximent lill-partecipanti irrizulta fi ksur tal-ligi. Ziedet li l-produzzjoni dejjem toqghod attenta li tosserva r-regolamenti dwar reklamar u permezz tal-programm isir hafna gid ma diversi Santwarji.
Ms Delia ssugeriet li l-Awtorità kellha torganizza refresher training ghall-produtturi u operaturi fl-industrija dwar il-ligi vigenti u r-regolamenti tar-reklamar u dan bil-ghan li jkun hemm gharfien akbar u aktar aggornat tal-istess.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur, minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.
F dan il-kaz ukoll l-Awtorità sahqet li kienet ser tkun aktar vigilanti biex il-Ligi u r-regolamenti dwar reklamar u teleshopping ikunu osservati bl-aktar mod ampju u b aktar impenn mill-istazzjonijiet.
Illum 7 ta Settembru, 2016