Ilment minn Birdlife Malta
L-Awtorità kellha quddiemha ilment imressaq minn Birdlife Malta dwar allegat nuqqas ta bilanc u parzjalità min-naha tal-PBS specifikament fi programmi Animal Diaries li xxandru fit-12 ta April u 3 ta Mejju 2014 u slots fil-programm TVAM li xxandru fid-29 ta April u 6 ta Mejju 2014.
L-Awtorità semghet lis-Sur Steve Micklewight, Direttur Ezekuttiv, Ms Rebecca Pullinger u s-Sur Christopher Debono li dehru ghan-nom ta Birdlife Malta u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd. f seduta li nzammet fl-1 ta Lulju 2014.
Birdlife Malta ikkontendiet li filwaqt li kienet taccetta li dak li xxandar waqt il-programm Animal Diaries ta nhar it-12 ta April 2014 kien jimmerita li jkun bilancjat bil-veduti kontrastanti tal-Federazzjoni Kaccaturi u Nassaba Konservazzjonisti, l-istazzjon holoq zbilanc u kien parzjali bil-mod kif ceda ghall-pressjoni tal-FKNK u ta opportunità ta' hin lill-FKNK, li kien aktar mill-hin li gie allokat lill-Birdlife Malta. Barra minn dan fil-programm TVAM li xxandar fis-6 ta Mejju 2014 li matulu gew intervistati ufficjali tal-FKNK ma kien hemm hadd min-naha ta' Birdlife Malta biex iwiegeb ghall-akkuzi li kienu qed isiru kontra l-istess Birdlife Malta. Dan kien jikkontrasta ma dak li gara waqt il-programm Animal Diaries li matulu gew esposti l-veduti ta' Birdlife Malta u meta sar is-slot dwar il-kacca fir-rebbiegha fil-programm TVAM, il-kaccaturi u anke l-FKNK inghataw l-opportuntità li jaghtu l-veduti taghhom.
Birdlife Malta sostniet li dan ikkawza zbilanc kontra taghha u ghalkemm ma kienet qed titlob l-ebda rimedju immedjat minhabba l-iskadenza taz-zmien, riedet tassigura li fil-futur, l-istazzjon jagixxi b mod aktar imparzjali u bilancjat fir-rigward tal-kontroversja dwar il-kacca.
L-istazzjon, min-naha tieghu kkontenda li ma kienx jirrizulta li b xi mod kien hemm xi zbilanc kontra l-Birdlife Malta u l-istazzjon dejjem mexa b mod ekwu billi wassal il-veduti kontrastanti fil-kontroversja dwar il-kacca. Dan jirrizulta wkoll mill-fatt li Birdlife Malta kienet mistiedna f diversi programmi ohra ta grajjiet kurrenti li matulhom wasslet l-messagg taghha. L-izbilanc kien jirrizulta kieku l-istazzjon ma hax il-passi li fil-fatt ha u li dwarhom qed jilmentaw il-Birdlife Malta. L-istazzjon fil-fatt formalment gibed l-attenzjoni tal-producer u prezentatrici tal-programm Animal Diaries dwar il-programm tat-12 ta April 2014 u wissiha dwar in-necessità ta bilanc meta u jekk fil-programm ikunu ser jigu diskussi suggetti ta natura kontroversjali. L-istazzjon ha passi biex jibbilancja dak li kien gie mxandar fil-programm Animal Diaries tat-12 ta April 2014 billi jigu mwassla lit-telespettaturi, l-veduti kollha dwar il-kwistjoni u dan permezz ta dokumentarju li xxandar fit-3 ta Mejju f hin anness ma dak tal-programm Animal Diaries u zewg slots fil-programm TVAM, fejn wiehed kien iwassal il-veduti tal-Birdlife Malta u iehor tal-FKNK.
F dan ir-rigward l-istazzjon kien qed jirrespingi kull allegazzjoni ta nuqqas ta mparzjalità fil-programmi msemmija.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet taz-zewg partijiet u rat it-transcripts relattivi u kkonstatat li l-azzjoni mehuda mill-istazzjon biex jassigura li jkun hemm bilanc kienet wahda f waqtha. Il-Ligi Dwar ix-Xandir (SL 350.14 Para 12.2) tghid car li bilanc jista jintlahaq fuq serje ta programmi u Para 12.4 ta l-istess Ligi jinghad li “imparzjalità ma tfissirx li ghandu jkun hemm bilanc sempliciment b mod matematiku”. Ghalhekk l-Awtorita`, f dan l-ilment kellha tara jekk il-veduti ta Birdlife Malta twasslux lit-telespettatur b mod adekwat u effikaci u mhux jekk xi parti jew ohra inghatatx l-istess ammont ta hin.
Fir-rigward tal-ilment li Birdlife Malta ma setghatx tirrispondi ghall-allegati akkuzi li saru mill-FKNK fil-programm TVAM tas-6 ta Mejju 2014 dwarha, l-istess Ligi Dwar ix-Xandir (SL 350.14 Para 8.15) tipprovdi biex parti leza ghandha d-dritt tar-risposta u Birdlife Malta setghet tirrikorri ghal dan ir-rimedju jew kull rimedju iehor li taghtiha l-ligi biex tipprotegi l-interessi taghha.
Meta qieset dan kollu, l-Awtorità sabet li l-ilment maghmul minn Birdlife Malta ma kienx jissustisti u ghalhekk ma kien hemm l-ebda htiega ghall-azzjoni ulterjuri min-naha taghha.
Illum 2 ta Lulju 2014