L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm Hadd Ghalik li xxandar fl-24 ta Mejju, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16M (3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta f dan il-programm kien hemm undue exposure ghall-prodotti tad-ditta Cappy Pulpy (juices), meta waqt il-loghba kien hemm diversi istanzi fejn kien innutat iffukar fuq fliexken tal-imsemmi prodott u ghalhekk kien jinhass illi l-exposure li nghataw dawn il-fliexken tal-Cappy Pulpy fic-cirkustanza jmur oltrè minn dak permessibbli mil-ligi.
L-Awtorità semghet lil Dr Joanna Spiteri (li kienet qed tidher fl-assenza tal-Kap Ezekuttiv) u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, u lis-Sinjuri P.J. Vassallo u Angie Laus ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-14 ta Lulju, 2015, li ikkontendew illi minn naha taghhom kienu dejjem ifittxu li jkunu innovattivi fil-loghob li jipprezentaw.
Is-Sur Vassallo qal li l-uzu tal-fliexken kien jaqa fl-ambitu ta prop placement konsentit mil-ligi u li undue exposure kien aspett suggettiv u jaghti lok ghal interpretazzjoni peress li ma kienx definit. Zied li l-produzzjoni dejjem kienet attenta li taderixxi b mod shih mar-regoli u fil-kaz in ezami kienet konvinta li qed tagixxi b mod korrett.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li ma kienx hemm ragunijiet bizzejjed li jippruvaw li sar ksur tal-ligi indikat fl-akkuza u ghalhekk qablet li ma kienx il-kaz li jittiehdu passi ulterjuri dwar dan il-programm.
Illum 23 ta Lulju, 2015