TVM - Aħbarijiet - 30 ta' Marzu, 2020

Akkuza fil-konfront ta PBS Ltd., rigward l-ahbarijiet ta TVM

 li xxandru fit-30 ta Marzu, 2020

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward l- ahbarijiet ta TVM li xxandru fit-30 ta Marzu, 2020.  F dan il-bulettin ixxandar rapport tal-ahbarijiet dwar il-minorenni Kim Mifsud li intqal li ghandha tliet snin u li tinsab rikoverata f Rainbow Ward. Ir-rapport tal-ahbarijiet tratta din l-istorja u gie rrapurtat li omm Kim qieghda izolata ma bintha. Fir-rapport intqal li Kim ta tliet snin hija wahda mill-pazjenti rikoverati fl-isptar tal-onkologija u li minhabba din is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 jkollha ticcahhad milli tara liz-zewg genituri taghha. F dan is-servizz ixxandret intervista virtwali ma Claudette Mifsud, omm Kim u ma Rennie Zerafa mill-Fundazzjoni Puttinu Cares.   

 F dan is-servizz ixxandar filmat tal-minorenni Kim Mifsud flimkien ma ommha f wahda mill-kmamar tal-isptar u f dan il-filmat intweriet b mod car il-minorenni.  L-Awtorità ma rceviet l-ebda media assessment dwar dan il-kaz u ghaldaqstant kien hemm ksur tal-Provvediment 4.1.7 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.15 – Htigiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta Nies bla Harsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir. 

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv, Dr Joanna Spiteri u l-Editur Reno Bugeja, l-Avukat Shaun Zammit in rapprezentanza tal-istazzjon u l-Kap tas-sales u reklamar Mario Micallef. 

Is-Sur Reno Bugeja qal li dan huwa kaz partikolari u minkejja li mhux qed jichad din l-akkuza huwa pprezenta c-certifikat tat-twelid tal-minuri li juri li ghandha izjed minn tlett snin u pprezenta wkoll traskrizzjoni tal-intervista. Is-Sur Bugeja qal dan huwa wiehed mill-hafna servizzi li saru li wrew kemm il-COVID-19 kienet kattiva mhux biss ma min irrizulta pozittiv ghaliha izda anke nies ohra li ntlaqtu indirettament kif juri dan il-kaz partikolari. Is-Sur Reno Bugeja qal li huma kellhom kunsens mill-omm u mill-isptar biex dan is-servizz isir u fl-ebda mod ma kien hemm sfruttar. Qal li s-servizz mxandar ma trattax il-kundizzjoni tat-tifla imma tratta d-diffikultà li ghaddiet minnha din il-familja minhabba l-COVID-19. 

L-Awtorità ddiskutiet fit-tul dan il-feature partikolari u qablet li dan il-feature wera l-impatt li halliet il-Covid 19 u  li l-pubbliku ma jkunx konxju minnhom. L-Awtorità qablet li l-focus ta dan is-servizz ma kienx fuq it-tifla. L-Awtorità fehmet li kienu sitwazzjonijiet difficli u li l-istazzjon ma ppruvax juza jew jisfrutta lit-tifla jew il-vulnerabbilità taghha. Fic-cirkostanzi, l-Awtorità ma sabitx lill-PBS Ltd. hati ta dan il-ksur.

  

 

 

Illum 20 ta Lulju, 2020