TVM - Aħbarijiet - 24 ta' Marzu 2023 - MUMN

Decizjoni dwar ilment mill-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-PBS rigward l-ahbarijiet tal-24 ta Marzu 2023 minhabba nuqqas ta rappurtagg ta stqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tilwima industrijali tal-MUMN

L-Awtorità kellha quddiemha lment imressaq mill-Partit Nazzjonalista rigward l-ahbarijiet tal-PBS tal-24 ta Marzu 2023 minhabba li l-PBS naqas li jirrapporta stqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tilwima industrijali tal-MUMN mal-Gvern fuq il-ftehim kollettiv.

Prezenti ghas-smigh f seduta li nzammet fl-24 ta April 2023, kien hemm is-Segretarju Generali tal-PN Dr Michael Piccinino u Dr Francis Zammit Dimech ghall-Partit Nazzjonalista u l-Ing Charles Dalli, l-Editor in Chief tal-PBS u Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza tal-PBS.

Ghall-Partit Nazzjonalista, is-Segretarju Generali, Dr Michael Piccinino spjega l-kuntest ghal dan l-ilment u qal li l-MUMN fl-24 ta Marzu ordnat direttivi ghall-infermiera u l-qwiebel. Qal li fid-dawl ta din l-ordni, il-Partit Nazzjonalista hareg stqarrija li giet irrappurtata mill-media izda mhux mill-PBS. Dr Michael Piccinino spjega li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista harget fil-kuntest tad-direttivi u qal li l-opinjoni politika tal-Partit Nazzjonalista hija relevanti fid-dawl ta dak li kien qed jigri.   

Ghall-PBS Dr Mark Vassallo rrefera ghall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista u qal li l-ahbar marbuta ma din l-istqarrija kienet giet irrappurtata ad nauseam f diversi bulettini tal-ahbarijiet ta TVM. Qali li anke l-opinjoni politika tal-Partit Nazzjonalista kienet giet irrappurtata permezz tar-rappurtagg tad-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Bernard Grech.  Dr Vassallo rrefera ghal-Legizlazzjoni Sussidjarja 350.14 u qal li l-Legislazzjoni titratta r-rappurtagg ta opinjonijiet fil-bulettini tal-ahbarijiet kif ukoll il-valur ta l-ahbar. Dr Mark Vassallo qal li l-istqarrija trattata fl-ilment ma kellha l-ebda valur ta ahbar u ma tat l-ebda kontribut izjed minn dak li kien digà gie rrappurtat mill-PBS.

Fil-kontro argument, Dr Francis Zammit Dimech qal li l-fatt li partit fl-Oppozizzjoni jaghti l-opinjoni politika fuq dak li jkun qed jigri, dan ghandu jigi rrappurtat mix-xandir pubbliku. Spjega li l-istqarrija kienet qed tohloq kuntrast bejn il-kumment tal-hnizrijiet man-nuqqas ta flus ghall-infermiera u kien ghalhekk li din l-istqarrija kellha tigi rrappurtata.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet u d-dokumenti relatati u rat li l-PBS irrappurtat l-istqarrija tal-MUMN dwar it-tilwima li kellha mal-Gvern meta sehhet il-konferenza stampa fis-27 ta Marzu. Rat ukoll li gie rrappurtat dak li qal Dr Bernard Grech dwar din il-materja. Anke l-vucijiet u l-osservazzjonijiet politici gew irrappurtati u dan hekk kif stazzjon pubbliku huwa obbligat li jaghmel sakemm ikun hemm valur ta ahbar. Tifhem ukoll li dejjem hemm id-diskrezzjoni editorjali tal-istazzjon izda l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista meta l-MUMN fl-24 ta Marzu habbret tilwima industrijali mal-Gvern, setghet giet irrappurtata. Qalet li l-istazzjon pubbliku ghandu obbligu li jgib l-osservazzjonijiet politici jekk dawn ikollhom valur ta ahbar u dan skont id-diskrezzjoni editorjali.

Fid-dawl ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità tikkonkludi li filwaqt li l-istazzjon naqas meta ghazel li ma jxandarx l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista fuq it-tezi li kienet stqarrija bhala reazzjoni ghas-sejha tal-konferenza stampa tal-MUMN, izda ma ssibx li dan in-nuqqas iwassal biex il-PBS iservi ta magna ta propaganda tal-Gvern.

Fid-dawl li dawn il-kwistjonijiet issa gew rizolti temporanjament, l-Awtorità ma thossx li ghandu jinghata rimedju hlief li jinqara dan is-sunt :-

Waqt seduta ta smigh li saret fl-24 ta April, l-Awtorità tax-Xandir laqghetx l-ilment tal-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta rappurtagg tal-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista rigward is-sejha ta tilwima industrijali bejn l-MUMN u l-Gvern. L-Awtorità qalet li l-PBS naqas milli jirrapporta silta mill-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista izda qalet li dan in-nuqqas ma jirrendix lill-PBS li jservi ta magna ta propaganda favur il-Gvern.

                       

 

3 ta Mejju 2023