Ilment mill-Partit Nazzjonalista
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 16 ta Jannar, 2014 rigward il-programm TVAM li xxandar fuq TVM fis-16 ta Jannar, 2014 dwar allegat zbilanc li nholoq permezz ta intervista politika li saret lic-Chairman Ezekuttiv tal-agenzija tal-Gvern Identità Malta, Joe Vella Bonnici dwar l-iskema tal-bejgh tac-cittadinanza.
L-Awtorità semghet lil Dr Karol Aquilina f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista fil-prezenza tas-Sur David Herrera Direttur tal-Informazzjoni u lil Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentaza ta PBS Ltd., lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd. u l-gurnalist Mario Xuereb li huwa parti mill-produzzjoni tal-programm TVAM f seduta li nzammet fil-21 ta Jannar, 2014.
Min-naha tieghu, il-Partit Nazzjonalista ikkontenda li l-ilment kien jikkoncerna l-edizzjoni tal-programm TVAM tas-16 ta Jannar 2014 bil-partecipazzjoni fl-istudjo tac-Chairman Ezekuttiv tal-agenzija tal-Gvern Identità Malta, Joe Vella Bonnici dwar l-iskema kontroversjali tal-bejgh tac-cittadinanza. Zied li f dan il-programm ma gie mistieden l-ebda kelliem tal-Oppozizzjoni biex iwassal il-pozizzjoni tal-Oppozizzjoni rigward l-istess skema minkejja li kien diskuss suggett li dwaru tezisti kontroversja politika, kif ukoll aspetti minn dan is-suggett li huma ta kontroversja kurrenti. B hekk it-telespettatur ma nghatax il-veduti kollha dwar il-kwistjoni. Il-Partit Nazzjonalista qal li s-Sur Vella Bonnici minbarra li kien ufficcjal tal-Gvern mhux biss tkellem dwar l-iskema u dwar il-pozizzjoni tal-Gvern izda sahansitra ghamel kummenti politici u ta kontroversja fl-assenza ta rapprezentant tal-Partit Nazzjonalista u kien ghalhekk li Partit talab li minnufih jinghata rimedju effettiv skont il-ligi sabiex jaghmel tajjeb ghall-izbilanc li nholoq kontra l-istess Partit.
Minn naha tieghu l-istazzjon qal li l-hsieb originali tieghu kien li jkollu zewg slots f zewg edizzjonijiet tal-programm TVAM li jittrattaw dan is-suggett fejn fl-ewwel wiehed ikunu mistiedna zewg opinjonisti filwaqt li fit-tieni wiehed l-istess suggett ikun diskuss bejn zewg rapprezentanti politici. Zied li fiz-zewg kazi l-istazzjon ried li l-ghazla tal-partecipanti tkun tirrifletti veduti kontrastanti. L-istazzjon qal li wara li l-mistiedna proposti irrifjutaw ghal raguni jew ohra li jaccettaw l-invit biex jattendu ghall-ewwel slot, u minhabba li kien tard wisq biex jigu avvicinati opinjonisti ohra, kien deciz li l-programm ikun wiehed informattiv b partecipant wiehed u cioe s-Sur Vella Bonnici li sa dak il-hin kien l-uniku mistieden li kkonferma l-istedina. L-istazzjon qal li d-dispozizzjonijiet f paragrafu 12.2 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14 specifikament tipprovdi li l-bilanc jista jintlahaq fuq serje ta programmi. Zied li hekk kif indikat fir-risposta li ntbaghtet lill-Partit Nazzjonalista fil-jiem successivi, l-intenzjoni tal-istazzjon kienet li jistieden opinjonista li jirrapprezenta xejriet fl-opinjoni pubblika li kienu kontra l-iskema tac-cittadinanza. Barra minnhekk ixxandar programm l-ghada b zewg partecipanti li jirrapprezentaw il-partit fil-Gvern u l-partit fl-Oppozizzjoni.
L-Awtorità kkunsidrat dan l-ilment ai termini ta Artiklu 34 tal-Att dwar ix-Xandir, wara li kellha l-opportunità li terga tara bir-reqqa s-silta tal-programm in kwistjoni, wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u iddiskutiet fit-tul l-argumenti rilevati, u kkonstatat illi:
1. meta l-Partit Nazzjonalista lmenta mal-istazzjon dwar il-partecipazzjoni tac-Chairman ta Identità Malta wahdu fil-programm TVAM tas-16 ta Jannar fl-ewwel stadju, il-PBS, in vista tad-diffikultajiet li sab biex ikollu zewg mistiedna li jirraprezentaw l-ispettru kollu tas-suggett fi programm wiehed, kien offra rimedju lill-Partit Nazzjonalista partecipazzjoni ta persuna fil-programm TVAM biex twassal il-veduti kontrastanti dwar l-iskema tac-cittadinanza. Permezz ta din l-offerta jigi assigurat li jitwasslu l-veduti kollha fuq medda ta programmi kif tippermetti l-ligi.
2. Il-partecipazzjoni ta Ufficjal tal-Gvern wahdu fil-programm, sakemm il-kontenut ikun wiehed ta informazzjoni minnha nnifisha ma tikkostitwixxix zbilanc. Madanakollu, l-Awtorità irrilevat illi fl-edizzjoni in kwistjoni kienu saru xi kummenti ta natura kontroversjali li kienu jimmeritaw il-prezenza ta fehmiet differenti u dan sabiex it-telespettaturi jkunu ipprezentati biz-zewg nahat tal-kontroversja.
3. Il-Ligi Sussidjarja 350.14 Paragrafu 12.2 tistipula li meta, kif sostna l-istazzjon, is-suggett ikun ser jigi trattat f zewg programmi jew aktar li ghandhom x jaqsmu ma xulxin fl-istess serje, matul l-ewwel programm ix-xandâr ghandu javza lit-telespettaturi bid-data ta meta ikun ser jixxandar il-programm l-iehor. Fil-programm in kwistjoni, l-istazzjon naqas milli jinforma lit-telespettatur li s-suggett kien ser ikompli jigi diskuss f edizzjonijiet ohra tal-programm u ghalhekk it-telespettatur baqa mhux infurmat li l-veduti kontrastanti fuq is-suggett kienu se jigu trattati wkoll fl-istess programm (i.e. TVAM).
In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità, minkejja li bl-ebda mod ma riedet timpingi fuq id-dritt tal-mistiedna fil-programm li jesprimu l-fehmiet u l-opinjonijiet taghhom, tishaq li huwa dmir tal-istazzjon illi, b mod partikolari meta jigu espressi fehmiet ta materja kontroversjali kellu jassikura li l-fehmiet kollha tal-ispettru jkunu pprezentati u dan b harsien shih ghall-principju ta imparzjalità hekk kif protett bil-Kostituzzjoni u l-ligi ordinarja.
F dan il-kaz, l-Awtorita` qed tistenna li l-istazzjon jattwa l-offerta li ghamel lill-Partit Nazzjonalista meta kien ircieva l-ilment, cioe li fil-programm TVAM, mhux aktar tard minn gimgha mid-data ta din il-decizjoni, tigi mistiedna persuna biex tiehu parti fih wahedha u li tkun tista tressaq il-veduta kontrastanti ghal dik li giet prezentata mill-mistieden ewlieni fil-programm tas-16 ta Jannar 2014.
Illum il-Hamis, 30 ta Jannar 2014