L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta Radio 101 dwar il-programm Drive Time Hysteria li xxandar fis-17 t Ottubru, 2014 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 13(2)(a) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt il-programm ghall-habta tal-4.39p.m., ixxandret id-diska Vaffanculo ta Marco Masini. Waqt li kienet ghaddejja d-diska, tbaxxa l-volum u xxandru ghadd ta kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi dwar il-power station il-gdida li din tkun lesta sal-2015. Kien hemm ukoll clips ohrajn tal-istess Ministru Mizzi u tal-Prim Ministru li nstema jghid li se jkun hemm ittardjar ta xi xhur. Waqt dawn il-clips, il-muzika Vaffanculo kompliet tinstema fl-isfond u ezatt kif spiccat il-muzika il-prezentatur ghadda dan il-kumment: “Id-diski xi kultant they fall into place.” Tali parti tax-xandira tmur kontra l-gosti tajbin u d-dicenza ghax tmur lil hinn mill-aspett ta satira u umorizmu.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lil Ms Maroushka Pisani Bugeja f isem l-istazzjon, f seduta li nzammet fit-2 ta Dicembru, 2014, li minn naha taghha filwaqt li ammettiet l-akkuza u ddeplorat bl-aktar mod iebes il-komportament u n-nuqqas tal-prezentatur, elenkat il-mizuri u l-passi dixxiplinari serji li kien ha l-istazzjon fil-konfront tal-istess prezentatur, u b mod generali bl-introduzzjoni ta linji gwida ghall-prezentaturi u l-produtturi kollha.
L-Awtorità ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, inkluz l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u kif ukoll is-serjetà li biha gie trattat dan in-nuqqas internament u l-passi li kien ha l-istazzjon biex kazi ta dan it-tip ikunu kkontrollati u possibilment aboliti u filwaqt li ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata in vista tas-suespost iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex jara li kazi serji bhal dawn ma jirrepetux ruhhom.
Illum 9 ta Dicembru, 2014