Ilment mill-Partit Laburista rigward il-programm Times Talk tat-22 ta Marzu, 2016
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Laburista kontra PBS Limited rigwardanti l-edizzjoni tal-programm Times Talk tat-22 ta Marzu, 2016, fejn kien allegat li d-diskussjoni li kellha titratta l-htiega tat-tielet partit politiku spiccat f hinijiet minnhom titratta oqsma ta kontroversja politika li direttament kienu jolqtu lill-Partit Laburista u lill-Gvern. In oltre, waqt l-istess programm ittiehdu tliet kummenti tal-Onorevoli Marlene Farrugia, is-Sur Hermann Schiavone (kandidat ghall-Partit Nazzjonalista) u l-Perit Carmel Cacopardo (Vici Chairman tal-Alternattiva Demokratika) li min-naha taghhom ghamlu osservazzjonijiet fuq temi ta kontroversja politika u ta kritika fuq il-Gvern u l-Partit Laburista, u dan meta ma kien hemm hadd mill-Partit Laburista jew mil-Gvern biex jghaddi r-rimarki tieghu. Fl-ilment tieghu l-Partit Laburista sejjah dan l-agir bhala zbilanc fil-konfront tal-Partit Laburista u ghalhekk talab rimedju u l-intervent tal-Awtorità.
L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Gino Cauchi, Kap Ezekuttiv tal-Partit Laburista, u lis-Sur Nigel Vella, Koordinatur tal-Komunikazzjoni, li dehru ghan-nom u fl-interess tal-Partit Laburista kif ukoll lis-Sur Reno Bugeja, Editur tal-PBS, li kien akkumpanjat mill-Avukat Mark Vassallo u lis-Sinjuri Mark Micallef u Herman Grech ghall-produzzjoni.
Min-naha tieghu, is-Sur Gino Cauchi qal li l-ilment tal-Partit Laburista ma kienx jitratta l-mistiedna prezenti fl-istudjo izda l-kummenti li kienu ttiehdu barra l-istudjo lill-Onorevoli Marlene Farrugia, is-Sur Hermann Schiavone u l-Perit Carmel Cacopardo. Zied li l-kummenti ta dawn kienu jmorru lil hinn mis-suggett tal-programm u kienu ta natura kontroversjali u ghaldaqstant kien importanti li jkunu bbilancjati b kummenti minn esponenti tal-Partit Laburista. Is-Sur Cauchi rrefera ghal decizjonijiet imghoddija tal-Awtorità, in partikolari ilment tal-Partit Nazzjonalista dwar l-edizzjoni tal-Programm Dissett tat-2 ta Marzu 2016, fejn fid-decizjoni taghha l-Awtorità kienet ikkostatat li, “uhud mir-risposti moghtija kienu kummenti u osservazzjonijiet politici li ghalihom il-Partit Nazzjonalista kellu d-dritt li jsemma l-veduti tieghu”, u f dak il-kaz il-Partit Nazzjonalista kien inghata rimedju. Zied li l-kaz odjern kien wiehed kaz identiku u ghalhekk il-Partit Laburista kellu dritt iwiegeb.
Min-naha tieghu, is-Sur Mark Micallef qal li f dan il-kaz wiehed ried jikkonsidra l-kuntest u l-isfond u ma setghax jaccetta l-argument li l-kummenti kienu indirizzati kontra l-Partit Laburista. Zied li t-tliet partecipanti fil-programm u cjoe s-Sinjuri Godfrey Grima, Hermann Schiavone u Salvu Mallia kienu gew mistiedna fuq bazi personali u tkellmu b mod indipendenti u kienu huma li stradaw id-diskussjoni. Is-Sur Micallef qal li l-gimgha ta qabel il-programm tratta l-kwistjoni tal-Panama bil-partecipazzjoni tal-partiti u ghalhekk jekk fl-edizzjoni in kwistjoni kien ser ikun hemm xi esponent ta partit, allura l-produzzjoni kien ikollha tistieden esponent mill-partit l-iehor.
Is-Sur Herman Grech qal li fil-kaz tal-intervisti dawn kienu rilevanti ghad-diskussjoni. Zied li l-Onorevoli Marlene Farrugia kienet regghet fethet id-dibattitu nazzjonali dwar il-htiega tat-tielet partit politiku u tkellmet ampjament dwar governanza, il-Perit Carmel Cacopardo kien ukoll jappoggja din l-idea filwaqt li s-Sur Hermann Schiavone kien l-aktar persuna kwalifikata dwar is-sistema elettorali imsejha single transferrable vote.
Min-naha tieghu s-Sur Reno Bugeja qal li bhala editur kien jara jekk l-ghazla tal-mistiedna tkunx ezawrjenti bizzejjed.
Is-Sur Gino Cauchi irrileva li fl-ilment ma kienux issemmew il-mistednin, madankollu dak li gie diskuss (kwistjoni tal-kumpannija fil-Panama) kien kontroversjali u tema kurrenti, in oltre is-sound clips irrekordjati kienu f idejn il-produtturi minn qabel u ghalhekk dawn kellhom kontroll u setghu facilment janticipaw illi l-kummenti fihom kienu ser jikkrejaw zbilanc, u ghalhekk setghu gew editjati biex ma jkunx hemm attakk fuq il-Partit Laburista. Is-Sur Cauchi qal li a bazi tad-decizjoni precedenti tal-Awtorità il-Partit Nazzjonalista kien inghata d-dritt isemma l-veduti tieghu u ghalhekk bl-istess riga l-Partit Laburista ghandu jithalla jwiegeb ghall-partijiet fil-programm li kienu pre-recorded u li trattaw kontroversja politika.
Is-Sur Mark Micallef qal li l-panel fil-programm kien importanti u ma kienx jaqbel li biex ikun diskuss suggett politiku, dan kellu jsir biss bil-partecipazzjoni ta politici.
L-Awtorità, wara li hadet konjizzjoni u ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, iddecidiet li filwaqt li l-programm fit-totalità tieghu ma kienx zbilancjat, din kienet qed tilqa l-parti tal-ilment limitatament ghall-parti fejn ixxandru sound clips u fejn il-veduti tal-Partit Laburista ma xxandrux u f dan ir-rigward tigbed l-attenzjoni tal-PBS li f kaz bhal dan kellu jaccerta li jkun hemm rapprezentanza tal-partiti politici principali. Madankollu minhabba t-trapass taz-zmien, l-Awtorità ma thossx li ghandha taghti rimedju.
Illum 22 t April, 2016