Decizjoni dwar Ilment mill-Moviment Patrijotti Maltin rigward il-programm Ghandi Xi Nghid tad-29 t April 2017
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Moviment Patrijotti Maltin (MPM) kontra PBS Ltd datat 2 ta Mejju 2017 rigwardanti l-programm Ghandi xi Nghid li xxandar fuq Radju Malta nhar is-Sibt 29 ta April, 2017. Il-Moviment qal li ghal dan il-programm il-prezentatur kien stieden lill-partiti politici kollha minbarra lil Moviment Patrijotti Maltin u dan kien meqjus bhala abbuz flagranti li holoq zbilanc politiku. In oltre fl-ittra tieghu l-Moviment ikkwota siltiet minn dak li qal il-prezentatur Dr Andrew Azzopardi u cioe li ma kienx se jkun hemm interventi mis-Sur Henry Battistino f isem il-Moviment Patrijotti Maltin ghax huwa ma kienx jaqbel mal-mod kif dan il-Moviment ihares lejn in-nies minn nazzjonalitajiet differenti u kellu problema meta dawn jitkellmu “fuq dawn il-pozizzjonijiet”. Il-Moviment talab azzjoni ragonevoli minn naha tal-istazzjon akkumpanjata b apologija ufficjali minghand il-prezentatur u qal li kien qed jirriserva d-dritt ukoll ghal risposta fuq il-programm Ghandi xi Nghid.
L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Norman Scicluna, u Alex Darmanin f isem u in rapprezentanza tal-Moviment Patrijotti Maltin u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd u lill-Avukat Mark Vassallo f isem l-istazzjon f seduta li nzammet fid-9 ta Mejju, 2017.
Min-naha tieghu l-Moviment qal li kien infurmat li l-istazzjon kien gibed l-attenzjoni tal-prezentatur u li dan kien wieghed li kien ser jistieden rapprezentanti tal-Moviment meta jkun ser jixxandar programm simili. Zied li huwa kien talab apologija u bhala rimedju stedina fuq l-istess programm u dan wara li fil-programm in kwistjoni l-MPM kien l-unika partit li thalla kompletament barra. Il-Moviment qal li l-kummenti li kien ghamel il-prezentatur fil-konfront tal-MPM fl-istess programm kellhom jigu mwiegba u ccarati.
Min-naha tieghu l-istazzjon qal li kien minnu li l-istazzjon kien gibed l-attenzjoni tal-prezentatur dwar dan il-kaz, madanakollu l-istazzjon ma setax jobbliga lill-istess prezentatur jaghmel apologija. Zied li dan l-ilment kellu zewg elementi u cioe l-kwistjoni tal-bilanc u l-htiega ta kjarifika dwar kummenti li saru fl-istess programm.
L-istazzjon qal li dwar il-kwistjoni tal-bilanc dan seta jkun ripristinat billi l-MPM jinghata hin proporzjonali ghall-istatura tieghu u ghalhekk ma kienx ihoss li dan kellu jkun mistieden jiehu sehem fi programm shih wahdu izda li jinghata u jkun allokat hin fi programm bhal ma kien gara fil-kaz ta partiti ohra tal-istess statura. Zied li min-naha l-ohra dwar il-kjarifika din setghet issir fil-parametri tal-ligi u billi l-MPM jinghata dritt ghal risposta li tinqara mill-prezentatur fil-bidu ta programm. L-istazzjon qal li kien ser josserva d-decizjoni tal-Awtoritá dwar ir-rimedju.
L-Awtoritá wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet li l-ilment kien gustifikat u li f dan il-kaz kien hemm zewg elementi li kellhom jigu indirizzati u cioe l-kwistjoni ta zbilanc fil-konfront tal-MPM u d-dritt ghal risposta mill-istess Moviment. In vista ta dan l-Awtoritá dderigiet li l-MPM kellu jinghata l-possibiltá li jaghmel intervent telefoniku ta hames minuti fil-programm sussegwenti u in oltre jipprezenta lill-istazzjon dritt ta risposta fil-parametri tal-ligi li kellu jinqara mill-prezentatur fil-bidu tal-programm sussegwenti.
Dwar id-dritt ta risposta l-Awtoritá fakkret lill-MPM li dan kellu jindirizza esklussivament il-punti ta kontestazzjoni li kienu rrizultaw fl-imsemmi programm.
L-Awtorità ddirigiet ukoll illi t-test tad-dritt ta risposta kellu jasal ghand l-istazzjon u l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Hamis 11 ta Mejju 2017.
Illum 10 ta Mejju, 2017