Decizjoni dwar l-akkuza fil-konfront ta ONE rigward Telebejgh Flimkien ma Nancy li xxandar fil-15 ta Jannar, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE dwar l-edizzjoni tat-telebejgh Flimkien ma Nancy li xxandar fil-15 ta Jannar, 2018 fejn gie allegat ksur ta Paragrafi 20, 23, u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta matul dan it-telebejgh il-prezentatrici kienet innutata tirreklama l-prodotti ta Snow White Meat & Poultry Market, ta Big Fresh, ta Iceland Supermarket u ta Connies Fishshop. F dawn il-kazijiet il-prezentatrici ghamlet kummenti generici dwar il-kwalità tas-servizz/prodott ta dawn id-ditti minghajr ma nghata l-prezz ta dak li kien qed jintwera. Barra minn hekk, waqt it-thejjija tar-ricetti, il-prezentatrici wzat numru ta ghodod tal-kcina (li possibilment jinbieghu minn World Marketing) izda dawn ma nghatax il-prezz taghhom (ez; silicon containers u griglioso extension). Minbarra dan, matul dan it-telebejgh ghaddiet crawl li kienet turi l-prezz ta numru ta prodotti li jinbieghu minghand World Marketing izda li mkien ma dehru iktar fit-telebejgh (ez: Scanpan wok u Waterless 6Ltr Pot w/Lid)
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lil Ms Ruth Vella Micallef li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u li kienet akkumpanjata mis-Sinjura Nancy Buhagiar, Dr Trevor Buhagiar ghall-produzzjoni u Dr Jean Franco Gauci, f seduta li nzammet fit-2 ta Mejju, 2018.
Minn naha taghha Ms Vella Micallef filwaqt li ammettiet il-fatt li fit-telebejgh in kwistjoni setgha kien hemm kummenti eccessivi minn naha tal-prezentatrici, sahqet li kienu ttiehdu l-passi mill-istazzjon biex certi referenzi ghall-prodotti jigu eliminati. Ziedet li peress li l-produzzjoni tirrekordja erba slots kull darba jista jaghti l-kaz illi l-aspett tekniku li jirrigwarda l-credits mhux dejjem ikun ikkordinat tajjeb.
Minn naha taghha is-Sinjura Buhagiar filwaqt li skuzat ruhha stqarret li matul karriera ta 26 sena qatt ma kellha problemi ta dan it-tip u dejjem fittxet li taderixxi mar-regolamenti vigenti. Ziedet li jekk kien hemm xi nuqqas dan qatt ma kien intenzjonat jew b sens ta malizja.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon, li dan ha l-passi biex in-nuqqasijiet jigu indirizzati immedjatament u li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali nuqqas u in vista ta dan hasset li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.
Illum id-9 ta Mejju, 2018