ONE - One News - 7 u 8 ta' Marzu 2016

Ilment mill-UHM kontra One News tas-7 u t-8 ta Marzu 2016

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-UHM Voice of the Workers datat 11 ta Marzu 2016 kontra ONE News rigwardanti l-bulettin tal-ahbarijiet imxandar fis-7 u t-8 ta Marzu 2016 fejn kien allegat li dritt ta risposta mitlub mill-istess Union ma giex imxandar fl-intier tieghu u l-istazzjon halla barra kontenut li ghall-Union kien importanti li jigi ppubblikat. In oltre, fl-ilment taghha l-Union irrilevat li l-istazzjon kien selettiv ukoll meta xandar rapport dwar intervista bit-telefon ma Josef Vella, liema agir kien inaccettabbli u kien ghal dawn ir-ragunijiet li talab l-intervent tal-Awtorità.

L-Awtorità semghet lis-Sur Herman Micallef li kien assistit mill-Avukat Dr Andrew Grima ghall-UHM u lis-Sur Aleandar Balzan, Editur ta One News, li kien qed jidher f isem u in rapprezentanza tal-istess.

Min-naha tieghu Dr Grima ikkontenda li f servizz waqt il-Bulettin tal-Ahbarijiet tas-7 ta Marzu One News irrapporta li xi haddiema ta Medialink Communications Company Limited fittxew l-ghajnuna tal-UHM Voice of the Workers wara li kien inghatalhom non-disclosure agreement sabiex jiffimaw. Zied li skont il-Union dak li gie rrappurtat u l-mod kif gie rrappurtat fiz-zewg kazi ma kienx jirrifletti l-fatti u kien ghalhekk l-ghada fit-8 ta Marzu, l-Union kienet baghtet u talbet Dritt ta Risposta biex jinqara fuq l-istess mezzi tax-xandir, fejn fissret li l-imsemmija Union kienet fil-fatt tisma u tilqa kull haddiem li kien jirrikorri ghandha b xi ilment gej minn fejn gej u li l-istess kien gara meta kienu rrikorrew ghandha haddiema mill-Partit Laburista u minn ONE Productions.

Dr Grima qal li fit-8 ta Marzu wkoll gurnalista ta ONE News kienet hadet kumment bit-telefon tal-Kap Ezekuttiv tal-Union, f liema kumment is-Sur Vella kien stqarr ghadd ta affarijiet. Zied li fir-rapport li xxandar fit-8 ta Marzu l-istazzjon ma xandarx il-kontenut shih tad-dritt ta risposta u ghazel li jhalli barra partijiet li ghall-Union kienu importanti kif ukoll li mill-intervista kienet ittiehdet silta qasira hafna b mod li l-kummenti tas-Sur Vella dehru jaqblu mar-rapport ta qabel.

Min-naha tieghu s-Sur Aleander Balzan qal li bhala Editur dehrlu li r-rapport kien fattwali u ma hassx li l-UHM kellha tinghata dritt ta risposta. Zied li l-fatt li kien sar rapport iehor l-ghada ma kienx konsegwenza tal-ilment izda bhal ma kienet il-prassi l-istazzjon hass li kellu jkun hemm follow-up tal-istorja. Is-Sur Balzan qal li skont hu dritt ta risposta huwa gustifikat f kaz ta rapport zbaljat jew skorrett u mhux ghax wiehed irid izid xi haga u kien ghalhekk li f dan il-kaz ma kienx hemm raguni li jixxandar dritt ta risposta.

L-Awtorità, wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat id-dokumentazzjoni relattiva, qablet li dan kien kaz partikolari fejn minn banda l-istazzjon kien ikkunsidra l-komunikat tal-UHM bhala stqarrija, izda mill-banda l-ohra fis-servizz tintuza l-frazi ‘risposta u ghalhekk inghatat interpretazzjoni konflingenti. In vista ta dan, l-Awtorità iddecidiet illi minhabba d-dubju li tqajjem dwar in-natura tas-servizz imxandar u jekk kienx fil-fatt jikkostitwixxi dritt ta risposta, deherilha li ma kellhiex tikkunsidra ulterjoralment dan l-ilment.

29 t April 2016