Ilment mis-Sur Robert Cutajar
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mis-Sur Robert Cutajar rigwardanti n-nuqqas ta xandir ta Dritt ghal Risposta dwar servizz f ONE News tal-Hadd l-1 t April, 2012, liema servizz kien jirreferi ghal kummenti li kien ghamel is-Sur Cutajar waqt il-programm Focus 101, fejn kien allegat li dan irrefera ghall-kundizzjoni maghrufa bhala Dementia biex attakka lil Partit Laburista.
L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Mark Farrugia u Jonathan Attard li dehru ghal ONE News u kif ukoll lis-Sur Robert Cutajar f seduta li nzammet fl-14 t April, 2012.
Fis-sottomissjonijiet tieghu s-Sur Cutajar filwaqt li rrefera u ta dettalji dwar il-kaz qal li l-istazzjon xandar servizz li fih kumment, li kien ghamel hu waqt l-analizi tal-editorjal tal-Malta Independent gie abbinat ma kumment iehor li kien sar mill-Prim Ministru f okkazzjoni ohra, b tali mod li nghatat l-impressjoni zbaljata mill-istazzjon li s-Sur Cutajar kien irrefera ghal kundizzjoni biex jattakka l-Partit Laburista.
Is-Sur Cutajar qal li hass li dan kien servizz sensazzjonali u skorrett u kien imur kontra l-istess kodici ta etika dwar l-ahbarijiet li kien ippubblika l-Partit Laburista fis-7 t Ottubru 2008, u kien ghal dawn ir-ragunijiet li talab id-dritt ta risposta li l-istazzjon naqas milli jxandar.
Minn naha tieghu s-Sur Farrugia qal li dak li kien ixxandar fis-servizz kien riproduzzjoni ta dak li kien inghad mill-Prim Ministru u s-Sur Cutajar. Zied li l-istazzjon ma kellux oggezzjoni li jxandar id-dritt ta risposta kif mitlub però dan ma setghax jaghmlu mill-ewwel peress li fil-bulettini successivi ma kienx hemm spazju.
Is-Sur Farrugia temm jghid li fil-fatt dan id-dritt ghal risposta kien inghata xi jiem wara u cioè fit-18 t April 2012 fil-bulettini ta ONE tas-7.30 p.m u tal-11.15 p.m.
Wara li fis-seduta tat-8 ta Mejju, 2012 l-informazzjoni tas-Sur Farrugia kienet ikkorraborata, l-Awtorità kkunsidrat li minkejja li l-istazzjon iddikkjara li kien hemm qbil u kien gie deciz li dan id-dritt ghal rispost jinghata, fil-fatt dan id-dritt kien ixxandar 16-il gurnata wara li ngibdet l-attenzjoni tal-istess, u dan bi ksur car tar-regolamenti dwar dritt ta risposta kif elenkati fir-regolamenti rispettivi.
L-Awtorità innutat ukoll li dak li fil-fatt ixxandar ma kienx jirrispekkja b mod adekwat il-messagg li ried iwassal is-Sur Robert Cutajar fir-risposta tieghu u dan ukoll kien imur kontra d-dispozizzjonijiet fl-imsemmija legislazzjoni sussidjarja.
In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet l-Awtorità qablet li f dan il-kaz l-istazzjon ma osservax il-ligi vigenti, partikolarment meta l hekk imsejjah dritt ta risposta xxandar numru konsiderevoli ta jiem wara li kienet saret it-talba, madanakollu fl-ewwel lok peress li dan il-kaz ma kienx akkuza din ma setghetx timponi sanzjoni fuq l-istazzjon u fit-tieni lok l-anqas ma kienet thoss li kien opportun li tordna x-xandir mill-gdid tar-risposta minhabba l-oltranza taz-zmien.
11 ta Mejju, 2012