ONE - On D Road - 26 ta' Mejju, 2018

Deizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta ONE rigward il-programm On D Road li xxandar fis-26 ta Mejju, 2018


L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE dwar il-programm On D Road li xxandar fis-26 ta Mejju, 2018 fejn gie allegat ksur Artiklu16M(2)(b) u Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta matul dan il-programm ixxandar servizz dwar l-iscooter  KYMCO PEOPLE S meta l-programm kien sponsorjat minn Gordon s moto centre bil-caption tal-isponsor turi fost ohrajn il-logo ta KYMCO. Dan sar minkejja li l-istazzjon ingibditlu l-attenzjoni permezz ta e-mail fuq kaz simili b rabta mal-programm tal-gimgha ta qabel (is-Sibt 19 ta Mejju 2018). Il-fatt li Gordon s moto centre u l-KYMCO dehru flimkien fl-istess caption card u fl-istess programm ixxandret din ir-review indika li kien hemm rabta kummercjali u mhux biss il-forniment tal-prodott in kwistjoni. Dan wassal ghal ksur ta Artiklu 16 (M)(2)(b) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba r-rabta bejn l-isponsor u l-mudell fir-review. Barra minn hekk, it-telespettatur seta jinnota li l-persuna li kienet qed taghmel ir-review, ossia Gordon Micallef, hija wkoll l-isponsor u l-importatur ta dan il-mutur. Dan hareg car, kemm permezz ta kummenti bhal “...stajna ingibuh hawnhekk Malta minghajr visor u minghajr kaxxa” (18:17:10 - 18:17:26), kif ukoll mill-fatt li l-istess Gordon Micallef kien liebes ilbies bil-logo ta Gordon s moto centre. Il-kontenut ta din r-rokna holoq assocjazzjoni bejn Gordon s moto centre u l-mudell KYMCO PEOPLE S bi ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir. Fl-istess review dehru wkoll scooters ohrajn li sahansitra saret referenza ghalihom fl-ahhar tar-review u dan kompla jaccentwa l-prodotti offruti minn Gordon s moto centre. In oltre matul din ir-rokna, minkejja d-direzzjoni moghtija mill-Awtorità fic-Cirkulari 45/07, wiehed seta jinnota wkoll li dan ir-review kien ikkaratterizzat biss minn kummenti pozittivi u fl-ebda hin ma ssemmew l-aspetti negattivi ta dan il-mutur.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sinjura Ruth Vella Micallef, li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u s-Sur Pierre Borg ghall-produzzjoni f seduta li nzammet fit-12 ta Gunju, 2018. Ms Vella Micallef qalet li l-isponsor ta Gordon s moto centre dejjem kien jixxandar f dan il-programm imma dan kien l-uniku programm fejn gie pprezentat mudell ta mutur Kymco u ghaldaqstant kien sar zball f dan is-sens li zgur ma kienx intenzjonat. Ms Vella Micallef spjegat li s-Sur Gordon Micallef dejjem kien mistieden f kull programm u kien jitkellem dwar il-muturi minhabba li kien meqjus bhala wiehed mill-esperti f dan il-qasam.

Is-Sur Pierre Borg, spjega biex ma jkunx hemm assocjazzjoni ta reklamar is-Sur Gordon Micallef ma kienx jilbes it-T shirt bil-logo ta Gordon s moto centre.

Rigward il-karatteristici negattivi tal-mutur, is-Sur Pierre Borg qal li f karozza huwa iktar facli li wiehed isemmi l-karatteristici negattivi. Mill-banda l-ohra meta wiehed ikun qed jitkellem dwar mutur huwa iktar difficli li dan isir.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ghal darb ohra sahqet dwar l-importanza li l-esperti li jkunu qed jaghtu reviews ta karozzi jew f dan il-kaz tal-muturi ghandhom verament ikunu esperti indipendenti. F dan il-kaz l-Awtorità ddecidiet li l-akkuza giet ippruvata u qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix it-tali nuqqas.

Illum 12 ta Lulju, 2018