L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjonijiet tal-programm Kalamita li xxandru fil-5, 22 u 26 ta Jannar, 2015 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta fl-edizzjonijiet tal-5 u s-26 ta Jannar kien hemm ir-rokna ta tisjir ma Ray Fauzza, liema rokna, skont il-prezentatur, kienet qed titwassal bl-isbah xewqat tajba ta Lurpak u waqt l-istess rokna deher diversi drabi pakkett butir Lurpak li kien imqieghed fuq il-prodotti l-ohra u b hekk inghata prominenza zejda. Fl-ahhar tar-rokna il-prezentatur irringrazzja lill-butir Lurpak u kien hemm inkwadratura tal-pakkett tal-butir Lurpak flimkien ma fliexken u prodotti ohra.
Fl-edizzjoni tat-22 ta Jannar, kien hemm zewg irkejjen tat-tisjir ma Rennie Zammit, liema partijiet tal-programm kienu qed jitwasslu bl-isbah xewqat tal-Miracle Foods. Waqt iz-zewg irkejjen, ghal diversi drabi, deher b mod prominenti flixkun zejt (f certi mumenti dehru zewgt ifliexken) tal-marka Stilla u fi tmiem ir-rokna dehret inkwadratura ta diversi fliexken taz-zejt tal-marka Stilla u dan bi ksur tal-imsemmi provvediment.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv u kif ukoll lil Ms Ruth Vella Micallef li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjoni u kif ukoll lis-Sur Alfred Zammit ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-10 ta Marzu, 2015 li minn naha tieghu ikkontenda li fl-edizzjonijiet tal-programmi in kwistjoni kien hemm konfuzjoni u misunderstanding dwar l-interpretazzjoni ta kif kellu jkun ipprezentat product placement. Zied li wara li ngibdet l-attenzjoni ghal dan in-nuqqas din ir-rokna giet kompletament eliminata.
L-Awtorità, wara li semghet is-sottomissjonijiet, tal-partijiet, fil-waqt li rrikonnoxxiet il-valur edukattiv ta partijiet mill-programm li permezz taghhom it-telespettatur kien jinghata nformazzjoni siewja dwar diversi suggetti, u anke l-isforzi li qed isiru mill-produzzjoni biex jigi evitat ksur tal-ligi dwar ix-xandir, ma kienx hemm dubju li l-akkuza kienet giet ippruvata u stante li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur f dan il-programm, iddecidiet li timponi l-penali relattiva fl-ammont ta €1750 liema penali kellha tithallas fi zmien 30 jum mid-data tan-notifika.
Illum 18 ta Marzu, 2015