ONE - Direttiva BA - 15 t'April sal-25 ta' Mejju, 2019

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta ONE rigward id-Direttiva mahruga mill-Awtorità tax-Xandir ghal-perjodu 15 t April sal-25 ta Mejju, 2019


L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE rigward Direttiva mahruga mill-Awtorità tax-Xandir ghall-perjodu 15 t April sal-25 ta Mejju, 2019, fejn partikolarment gie allegat ksur ta Paragrafu 3(4) li jitlob li:

Huwa l-obbligu ta kull stazzjon li programmi li ghandhom x jaqsmu ma xi materja ta kontroversja politika jew industrijali jew li jirreferu ghall-policy pubblika kurrenti jridu jigu pprezentati b imparzjalità. Fi programmi ta diskussjoni li se jkunu se jitrattaw temi li b xi mod huma marbuta mal-Kunsilli Lokali, irid ikun hemm rapprezentazzjoni wiesgha ta opinjonijiet differenti fuq is-suggett trattat. L-istess principju jghodd ghal programmi li jitrattaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

L-Awtorità giet infurmata illi l-istazzjon ma kienx ser jidher ghal dan is-smigh.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tal-kaz u fin-nuqqas ta kontestazzjoni effettiva minn naha tal-istazzjon iddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u ghaldaqstant in vista tal-fatt li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon wettaq tali ksur iddecidiet li timponi l-penali relattiva ta €4660 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.


Illum il-5 ta Settembru, 2019