ONE - Dak li Jgħodd - 23 ta' Jannar u fis-6 ta' Frar, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-programm Dak li Jghodd tal-edizzjonijiet tat-23 ta Jannar u s-6 ta Frar, 2016 fuq TVM, fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artikli 16K(a) u 16M (3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta matul il-programm li xxandar nhar is-Sibt 23 ta Jannar 2016, meta kien hemm numru ta istanzi li fihom dehru prodotti tad-ditta Smoochies u tuffieh tad-ditta Val Venosta (f dan il-programm b mod partikolari deher it-tuffieh tad-ditta Val Venosta). Il-prodotti eventwalment inghataw bhala rigal lill-mistednin tat-tieni parti tal-programm. Infatti minkejja li dawn iz-zewg prodotti kienu mqieghda fuq il-mejda fl-istudio mill-bidu tal-programm, il-mistednin fl-ewwel parti ma nghatawx la tuffieh Val Venosta u anqas l-iSmoochies; il-mistednin fit-tieni parti nghataw biss it-tuffieh Val Venosta (verbalment) u minkejja li kien hemm iffukar fuq il-fliexken tal-iSmoochies, dawn anqas biss issemmew u/jew inghataw). F dan il-programm ukoll, matul l-ewwel parti, fil-prezentazzjoni tal-psikoterapista Ingrid Vassallo saret referenza verbali ghall-kumpanija Willingness (il-kumpannija li gejja minnha). Skont l-akkuza dan l-agir mhux l-ewwel darba li kien innutat minhabba li r-rapprezentanti ta din il-kumpannija spiss ikunu mistednin f dan il-programm. Intant, fil-programm li xxandar nhar is-Sibt 6 ta Frar 2016, waqt l-irkejjen informattivi fejn il-prezentatrici tkellmet mal-mistednin taghha, bhal fil-kaz precedenti kien hemm numru ta istanzi li fihom dehru prodotti tad-ditta Oral-B, Smoochies u tuffieh tad-ditta Val Venosta (f dan il-programm b mod partikolari dehru l-prodotti tad-ditta Oral-B). Skont l-akkuza dan isahhah l-argument li l-iskop tal-inkluzjoni taghhom fil-programm ma kienx dak ta premju skont Art. 16M(2)(b) izda sar biss biex tinghata prominenza mhux dovuta. Tajjeb jinghad ukoll li fil-programm kienu nnutati pop-up adverts ta Oral-B kif ukoll ta Val Venosta li fil-kuntest komplew jaccentwaw l-exposure ghall-imsemmija prodotti.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lil Ms Ruth Vella Micallef li dehret f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lil Ms Claire Agius Ordway produttur tal-programm, f seduta li nzammet fit-30 t Awwissu, 2016.

Minn naha taghha Ms Agius Ordway filwaqt li ammettiet li l-akkuza kkonfermat li l-exposure tal-prodotti fil-programm kienet eccessiva minkejja li dan ma kienx intenzjonat. Ziedet li l-ghan tal-produzzjoni kien li jinghata rigal b rikonoxximent lill-mistiedna specjali.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur, minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.

F dan il-kaz ukoll l-Awtorità sahqet li kienet ser tkun aktar vigilanti biex il-Ligi u r-regolamenti dwar reklamar u teleshopping ikunu osservati bl-aktar mod ampju u b aktar impenn mill-istazzjonijiet.

Illum 7 ta Settembru, 2016