Akkuza fil-konfront ta ONE rigward il-programm Arani Issa tal-14 t ottubru, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE Productions rigward il-programm Arani Issa li xxandar fl-14 t Ottubru, 2017 fejn kien allegat ksur ta dawn id-dispozizzjonijiet: Artiklu 16K(a) u Artiklu 16M(3)(c) tal-Att dwar ix-Xandir, kif ukoll Paragrafu 5 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u fl-ahharnett, fil-programm kien hemm ksur ta Artiklu 16M(3)(d) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li dan il-programm m gharrafx lit-telespettaturi b mod car bl-ezistenza ta tqeghid tal-prodott meta matul dan il-programm ixxandret rokna dwar il-hwejjeg Ana Morena biex it-telespettaturi jaraw liema libsa se jkunu qed ilibbsu lill-partecipanta. Madankollu, fil-filmat intwerew sett ta lbiesi li l-ebda wahda minnhom ma nghatat lill-partecipanta. Aktar minn hekk, l-istess filmat li deher f din ir-rokna kien l-istess reklam tal-hwejjeg tad-ditta Ana Morena li deher fl-istess programm. Dan jikkostitwixxi ksur car ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li kien hemm assocjazzjoni evidenti bejn il-kontenut tal-programm u r-reklamar, f seduta li nzammet fit-13 ta Novembru, 2017.
L-istess ksur, jigifieri ksur ta Artiklu 16K(a), sehh meta fil-parti informattiva fil-programm deher Mark Stafrace li ta informazzjoni tax-xoghol li sar fuq xaghar il-partecipanta, u fl-istess programm ixxandar reklam ta hanut tax-xaghar b Mark Stafrace jidher jaghmel ix-xaghar matul ir-reklam kollu. Fl-istess parti informattiva kien hemm ksur ta Artiklu 16M(3)(c) minhabba li d-ditta Vitality s dehret bi prominenza mhux dovuta ghal tul ta hin. Ta min jirrimarka li l-prezentatur introduca u indirizza lil Mark Stafrace fir-rokna informattiva bhala Mark Stafrace tal-Vitality s.
Servizz iehor li sar ukoll fil-programm kien dwar servizz ta sbuhija fuq il-partecipanta. Ir-rokna informattiva giet introdotta mill-prezentatur bhala servizz li ta Chic-Med Aesthetic Clinic u qal ukoll li r-ringrazzjament imur ghal Dr Charlene u Oliver ghas-servizz taghhom. Aktar tard ukoll lejn l-ahhar tal-programm, Oliver minn Chic-Med Aesthetic Clinic ikkummenta b mod estensiv dwar ix-xoghol li twettaq minn din l-imsemmija klinika. Dan kollu jikkostitwixxi ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir.
Fil-programm ukoll ixxandret rokna fejn inghatat informazzjoni estensiva dwar numru ta trattamenti provduti minn Chemimart ghall-partecipanta tal-programm. Dan bi ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li r-rokna informattiva giet introdotta bhala servizz moghti mill-Chemimart.
Fir-reklam tal-Camel Brand li xxandar matul il-programm kien hemm ksur ta Paragrafu 5 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li r-reklam gie pprezentat fis-sett tal-programm bl-istess xenarju u bl-udjenza li kienet prezenti waqt wiehed mill-programmi Arani Issa.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lil Ms Ruth Micallef u lil Dr Joseph Chetcuti, produttur u prezentatur tal-programm, li minn naha tieghu qal li l-format tal-programm kien l-istess ghal dak addottat is-sena ta qabel, madankollu kien konxju li dan il-fatt ma kienx skuzanti.
Dr Chetcuti qal li hekk kif kien infurmat bl-akkuza huwa ha l-mizuri necessarji sabiex jirrimedja u jirretifika n-nuqqasijiet rilevati. Zied li fejn seta jsir it-tibdil dan sar minnufih u sahansitra kienu digà gew irrekordjati programmi bil-format il-gdid, madankollu kien hemm partijiet minn programmi li kienu digà gew irrekordjati/finalizzati li f dak l-istadju ma setax isir it-tibdil mitlub.
L-Awtorità, wara li rat id-dokumentazzjoni relattiva u hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, inkluz l-ammissjoni min-naha tal-istazzjon, iddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u ddecidiet li timponi l-penali fl-ammont ta elf seba mija u hamsin Euro (€1,750) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika. L-Awtorità qablet li n-nuqqasijiet ipprezentati fl-akkuza kienu sostanzjali u dan minkejja l-fatt li s-serje ta programmi ilha tixxandar ghal diversi snin. L-Awtorità ddikjarat li l-fatt li kien hemm numru ta programmi digà rrekordjati ma kinitx difiza u ma kellux jezenta b xi mod lill-istazzjon milli jindirizza n-nuqqasijiet minnufih, madankollu fic-cirkostanzi kienet qed taghti zmien sal-ahhar ta Jannar biex l-istazzjon jikkonforma pjenament mal-ligi u r-regolamenti vigenti. In oltre l-Awtorità ddirigiet li kellha tinhareg cirkolari fejn l-istazzjonijiet jigu infurmati li wara Jannar din kienet ser tkun aktar vigilanti u inqas tolleranti fejn jidhol ksur tar-regolamenti tar-reklamar.
Illum 1 ta Dicembru, 2017