Ċirkulari 04/25
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħlijiet fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li nhar l-Erbgħa 2 t’April 2025 ser isir xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur. Minħabba f’hekk, ser tintefa’ l-Master Antenna u l-Awtorità ser taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva fejn il-qawwa ta’ trażmissjoni tkun ridotta.
Il-manutenzjoni ser issir bejn it-8:15 u 12:00. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur tal-anqas kwarta qabel il-ħinijiet imsemmija, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tinqaleb it-trażmissjoni.
Filwaqt li għal darb’oħra nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
28 ta’ Marzu 2025
Ref : 15/61