Media Release 54/08
Akkużi dwar Programmi
Mxandra fuq Calypso 101.8
L-Awtorità kellha quddiemha 17-il akkuża dwar numru ta’ programmi li xxandru bejn it-2 u s-6 ta’ Ġunju, 2008 fuq Radju Calypso 101.8 kif jidhru mil-lista ta’ hawn taħt:
(a) 2 ta’ Ġunju, 2008 minn 17.16 sa 19.00 fil-programm Drive Time ma’ Ray Fonz.
(b) 2 ta’ Ġunju, 2008 mill-11.15 sas-14.00 fil-programm Bejn il-Ħbieb;
(c) 2 ta’ Ġunju, 2008 mis-14.05 sal-17.02 fil-programm ta’ John Muscat;
(d) 2 ta’ Ġunju, 2008 mil-17.12 sas-19.00 fil-programm Drive Time;
(e) 3 ta’ Ġunju, 2008 mid-8.43 sal-11.00 fil-programm In the Mood;
(f) 3 ta’ Ġunju, 2008 mill-11.01 sal-16.57 fil-programm ta’ John Muscat;
(g) 3 ta’ Ġunju, 2008 minn 17.01 sa 19.00 fil-programm Drive Time ma’ Ray Fonz;
(h) 4 ta’ Ġunju, 2008 minn 11.02 sa 13.07 fil-programm ta’ Anġela Agius;
(i) 4 ta’ Ġunju, 2008 minn 14.07 sa 16.37 fil-programm ta’ John Muscat;
(j) 4 ta’ Ġunju, 2008 minn 16.37 sa 19.00 fil-programm Ray Fonz - Drive Time;
(k) 5 ta’ Ġunju, 2008 minn 8.36 sa 11.05 fil-programm In the Mood ma’ Eileen Montesin;
(l) 5 ta’ Ġunju, 2008 minn 14.38 sa 17.09 fil-program ta’ Angela Agius;
(m) 5 ta’ Ġunju, 2008 minn 11.16 sa 14.00 fil-programm ta’ John Muscat;
(n) 6 ta’ Ġunju, 2008 minn 6.00 sa 08.42 fil-breakfast Show ma’ Anna Bonnett;
(o) 6 ta’ Ġunju, 2008 minn 11.12 sa 14.03 fil-programm ta’ John Muscat;
(p) 6 ta’ Ġunju, 2008 minn 14.06 sa 16.56 fil-programm ta’ Charles Vella;
(q) 6 ta’ Ġunju, 2008 minn 17.02 sa 19.00 fil-programm Drive Time ma’ Ray Fonz
L-akkużi li tressqu dwar dawn il-programmi kienu dwar ksur tal-paragrafi 4, 9 u 25 tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir u Ċirkulari 21/06 datata 4 ta’ Mejju, 2006 li tinterpreta l-paragrafi 4 u 9 hawn fuq imsemmija;
Il-paragrafu 4 jipprovdi li għandu jkun hemm separazzjoni bejn il-kontenut editorjali u l-kontenut reklamatorju tal-programmi;
il-paragrafu 9 jipprovdi li m’għandux ikun hemm reklamar b’ħabi;
il-paragrafu 25 jipprovdi li m’għandux ikun hemm aktar minn 12-il minuta ta’ reklamar f’siegħa orarja;
Ċirkolari 21/06 tal-4 ta’ Mejju, 2006 tipprovdi li ċerti programmi tar-radju qed jixxandru minn ġewwa stabbiliment fejn il-preżentatur, f’mument wieħed ikun qed jippreżenta l-programm, u f’mument ieħor jippromwovi l-istabbiliment. Dan jikser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda hawn fuq imsemmija.
Wara li l-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u l-ammissjoni tal-istazzjon u wara li rat l-Artikolu 41, il-paragrafi 4, 9 u 25 tat-Tielet Skeda u l-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, u Ċirkolari 21/06 datata 4 ta’ Mejju, 2008 li tinterpreta l-paragrafi 4 u 9 hawn fuq imsemmija, l-Awtorità sabet lill-istazzjon ħati kif akkużat.
Għaldaqstant, l-Awtorità ddeċidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta’ dsatax-il elf, sebà mija u tmienja u tmenin Euro (€ 19,788) li minnhom tlett elef, erbà mija u tnejn u disgħin Euro (€ 3,492) għandhom jitħallsu fi żmien xahar u ddeċidiet wkoll li fil-każ tal-kumplament, jiġifieri ta’ sittax il-elf, mitejn u sitta u disgħin Euro (€ 16,296) dawn jiġu sospiżi għal perjodu ta’ sitt xhur b’dan illi jekk fi żmien sitt xhur l-istazzjon jerġà jinstab ħati ta’ ksur tal-liġi huwa jkollu jħallas l-ammont ta’ €16,296 f’dak iż-żmien li l-Awtorità timponi.
L-Awtorità qed tidderiġi lill-istazzjon biex jaqra sunt ta’ din id-deċiżjoni fil-bulettin prinċipali tal-aħbarijiet ta’ Calypso Radio mhux aktar tard minn nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju, 2008.
Gordon Vassallo 10 ta’ July, 2008
Director of Finance Ref:57/06
Broadcasting Authority