Ċirkulari 08/24
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
L-Awtorità tixtieq tavża li nhar il-Ħamis 26 ta’ Settembru 2024 ser ikun qed isir xogħol fuq it-Torri tat-Trażmissjoni tal-Għargħur, jekk it-temp jippermetti. Minħabba li se tintefa’ l-master antenna biex isir dan ix-xogħol, l-Awtorità se tkun qed taqleb it-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta. U dan biex titħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha.
Ix-xogħol mistenni jibda fid-08:00 u jdum madwar 4 sigħat. Nixtiequ navżawkom li l-aħjar ikun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jibda dan ix-xogħol.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Dr Joanna Spiteri
Kap Eżekuttiv
18 ta’ Settembru 2024
Ref : 15/61