Xandiriet Politiċi mill‐Awtorità tax‐Xandir għal matul il‐Kampanja tal‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014

Ċirkolari 5/14

 

Xandiriet Politiċi mill‐Awtorità tax‐Xandir

għal matul il‐Kampanja tal‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014

 

Għada l‐Erbgħa, 30 t'April 2014 fis‐2:00pm se jsir rekording ta' l‐ewwel Dibattitu organizzat mill‐Awtorità tax‐Xandir fis‐sensiela ta’ programmi għall‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014.

Dan id‐Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l‐bulletin prinċipali tal‐ aħbarijiet tat‐8:00 ta' filgħaxija.

Is‐suġġett għal dan id‐Dibattitu, approvat mill‐Awtorità tax‐Xandir, kien magħżul mill‐AlternattivaDemokratika u ser ikun "Aħna l‐Ewropa".

Il‐mistiedna għal dan il‐programm ser ikunu:

  • Il‐Perit Carmel Cacopardo f’isem l‐Alternattiva Demokratika;
  • Dr Therese Comodini Cachia u Dr Francis Zammit Dimech f’isem il‐Partit Nazzjonalista;
  • Il‐Professur Lino Bianco u s‐Sur Mario Farrugia Borg f’isem il‐Partit Laburista; waqt li dan id‐Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira.

Membri oħra tal‐medja jistgħu jattendu għal dan ir‐recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografujew cameraperson għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l‐Erbgħa, 30 t'April sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu.

Peress li r‐rikording se jibda fit‐2:00pm, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudio biex jiġbdu ritratti/filmati.

Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐ fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudios fis‐1:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.

Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta' filgħaxija.

 

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

29 t'April 2014