Skedi fi żmien ta' Direttiva

Ċirkulari 1/13

 

Nagħmel referenza għad-direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir għall-perjodu 7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2013. Sezzjoni 3(1) torbot lil kull stazzjon biex jibgħat l-iskeda flimkien mal-ismijiet tal-parteċipanti, preżentatur u producer tal-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti lill-Awtorità.

Peress li din id-darba d-direttiva tkopri kważi disa’ ġimgħat, kull stazzjon qed jintalab li jibgħat il-lista tal-parteċipanti tal-programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti li se jixxandru tul Jannar. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar għandhom jintbagħtu l-listi bil-parteċipanti fil-programmi li se jixxandru fi Frar.

Nappellalkom sabiex dawk l-istazzjonijiet li għadhom ma aderixxewx mad-Direttiva msemmija biex jagħmlu dan sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn, 7 ta’ Jannar 2013. Fin-nuqqas inkun kostrett nieħu dawk il-passi skont il-liġi.

 

Pierre Cassar                                                                                                                                                                4 ta’ Jannar 2013

Kap Eżekuttiv                                                                                                                                                               Ref 10/62/18