Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 - Konferenza tal-Aħbarijiet

Ċirkolari 20/13 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 

Konferenza tal-Aħbarijiet 

Għada t-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ Konferenza tal-Aħbarijiet fis­sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013. 

Għal din il-konferenza il-kelliemi tal-Partit Nazzjonalista Dr. Simon Busuttil se jkun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Is-suġġett se jkun: “Futur fis-Sod”. 

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS.  Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada t-Tlieta, 5 ta’ Marzu sad­-9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu. 

Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-2.15pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

4 ta’ Marzu 2013