Ċirkolari 16/13
Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013
Konferenza tal-Aħbarijiet
Għada il-Ħamis, 28 ta’ Frar 2013 fis-1:00pm se jsir rekording ta’ Konferenza tal-Aħbarijiet fissensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.
Għal din il-konferenza mill-Alternattiva Demokratika is-Sur Michael Briguglio se jkun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Is-suġġett se jkun: Maghna Taf Fejn Int.
Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.
Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn nhar għada il-Ħamis, 28 ta’ Frar sad-9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu.
Peress li r-rikording se jibda fit-1:00pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-12:30pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording.
Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
27 ta’ Frar 2013