Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 Dibattitu Politiku

Ċirkolari 14/13 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 

Dibattitu Politiku 

Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Frar 2013 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ Dibattitu Politiku fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013. 

Għal din id-dibattitu s-suġġett magħżul mill-Partit Nazzjonalista huwa “Il-Partit Nazzjonalista se johloq 25,000 job gdid” 

Għal dan id-dibattitu ser jipparteċipaw żewġt reppreżentanti mill-Partit Nazzjonalista, żewġt rappreżentanti mill-Partit Laburista u rappreżentant tal-Alternattiva Demokratika. Dan il­programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 25 ta’ Frar 2013 sad­-9:00 ta’ filgħodu.  Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq info.ba@ba.org.mt ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu. 

Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-2.15pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

22 ta’ Frar 2013