Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 Intervisti mal-Indipendenti

Ċirkolari 13/13 

 

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 

Intervisti mal-Indipendenti 

 

Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ intervisti ma’ Kandidati Indipendenti tal-Elezzjoni fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013. 

Għal dawn l-intervisti ser ikunu mistiedna: 

Partit tal-Ajkla – Is-Sur Nazzareno Bonnici Alleanza Liberali – Dr. John Zammit Indipendenti - Anthony Mercieca 

Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija. 

Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l-Erbgħa, 20 ta’ Frar sad­

9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu. 

Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-2.15pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording. 

Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

19 ta’ Frar 2013