Ċirkolari 09/13
Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 Dibattitu Politiku
Għada l-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2012 fis-2:30pm se jsir rekording ta’ Dibattitu Politiku fis-sensiela ta’ programmi mxandra mill-Awtorità tax-Xandir għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.
Għal din id-dibattitu s-suġġett magħżul mill-Partit Nazzjonalista huwa “Qabża Oħra ta’ Kwalità” u l-kelliem ser ikunu Dr. Simon Busuttil u l-Hon. Tonio Fenech.
Ir-rappreżentanti tal-Partit Laburista ser ikunu l-Hon. Dr. Gavin Gulia u s-Sur-Adrian Meli.
Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.
Membri oħra tal-medja jistgħu jattendu għal dan ir-recording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l-ismijiet u n-numru tal-karta tal-identità ta’ tali persuni lill-Awtorità tax-Xandir sabiex dawn in-nies ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ġdid tal-PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l-Erbgħa, 30 ta’ Jannar sad
9:00 ta’ filgħodu. Dawk l-azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq “info.ba@ba.org.mt” ma jitħallewx isegwu dan id-dibattitu.
Peress li r-rikording se jibda fit-2:30pm, dawk il-fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl-istudio biex jiġbdu ritratti/filmati. Filmati u teħid ta’ ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r-rekording u għalhekk il-fotografi u camerapersons jridu jkunu fl-istudios fis-2.15pm sabiex jilħqu jieħdu xi filmat qabel ir-rekording.
Infakkarkom li l-kontenut tax-xandira ma jistax jixxandar fuq mezzi oħra qabel 9:45pm ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
29 ta’ Jannar 2013