Ċirkulari 27/13
Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir
L-Awtorità tax-Xandir ilha mill-2004 tippubblika stħarriġ tal-udjenzi erba’ darbiet fis-sena b’kull rapport ikopri faxxa ta’ tliet xhur. Spiss kien qed jiġri li r-rapport għall-perjodu ta’ tliet xhur kien qed jiġi ppubblikat daqs tmien ġimgħat wara li jkun skada l-perjodu tal-istħarriġ bil-konsegwenza li tali statistika, għalkemm rilevanti, kienet qed tasal għand l-industrija tard wisq.
Għalhekk l-Awtorita iddeċidiet li mill-1 t’Ottubru ta’ din is-sena tippublika żewġ rapporti fis-sena. L-ewwel wieħed se jkopri l-perjodu ta’ bejn l-1 u l-31 t’Ottubru u mistenni li jkun ippubblikat lejn l-aħħar ta’ Novembru filwaqt li l-istudju l-ieħor se jkun ikopri l-perjodu mill-1 sal-31 ta’ Lulju bir-riżultati mistennija lejn l-aħħar t’Awwissu.
Il-metodoloġija ta’ kif jinġabar il-kampjun se jibqa’ l-istess bl-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ikkumissjonat mill-Awtorità tax-Xandir sabiex jiġbor it-tagħrif meħtieġ permezz ta’ survey bit-telefon li jsir kuljum fiż-żewġ perjodu indikati f’din iċ-ċirkolari.
Ir-rapport tal-istħarriġ tal-udjenzi kif kompilat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, jintbagħat lill-mezzi tal-media u jkun aċċessibli fuq il-website tal-Awtorità tax-Xandir. Dan huwa servizz li l-Awtorità toffri lill-mezzi tax-xandir mingħajr ħlas.
Pierre Cassar 25 ta’ Settembru 2013
Kap Eżekuttiv Ref 57/61