Konferenza tal‐Aħbarijiet fl‐Iskema ta’ Xandiriet  għar‐Referendum dwar il‐Kaċċa fir‐Rebbiegħa 2015

Ċirkolari 9/15 

Stedina 

 

Konferenza tal‐Aħbarijiet fl‐Iskema ta’ Xandiriet  għar‐Referendum dwar il‐Kaċċa fir‐Rebbiegħa 2015 

 

Bi tħejjija għar‐Referendum tal‐11 ta’ April, l‐Awtorità tax‐Xandir ser tkompli l‐iskema ta’ xandiriet tagħha bil‐għan li l‐Movimenti li jiffurmaw parti mill‐kampanja referendarja jkunu jistgħu jwasslu l‐ messaġġ tagħhom fuq ix‐xandir.  Għal dan il‐għan nhar it‐Tnejn 30 ta’ Marzu 2015, ser tixxandar l‐ ewwel Konferenza tal‐Aħbarijiet f’din l‐iskema ta’ xandiriet.   

Matul din il‐Konferenza tal‐Aħbarijiet ir‐rappreżentant tal‐Moviment SHout Mark Sultana se jkun qed jirrispondi għall‐mistoqsijiet tal‐ġurnalist minn diversi djar tal‐midja b’rabta mal‐kaċċa fir‐ rebbiegħa.    

Ir‐recording ta’ din il‐Konferenza tal‐Aħbarijiet ta’ 75 minuta ser isir nhar Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 fil‐Creativity Hub tal‐PBS fi Gwardamanġa u ser jibda fit‐13:00.  Din il‐Konferenza tal‐Aħbarijiet ser tixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid‐20:45 dakinhar stess.   

Membri oħra tal‐medja li mhumhiex ser jipparteċipaw direttament fir‐rikording ta’ dan id‐dibattitu jistgħu jattendu għal dan ir‐rikording. Importanti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tal‐PBS.   

Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn nhar Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 sad‐9:00 am.  Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu l‐ Konferenza tal‐Aħbarijiet.  Importanti li tibagħtulna l‐isem u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta’ dawk il‐membri tagħkom li ser jattendu. 

Peress li r‐rikording se jibda fis‐13:00, dawk il‐fotografi u/jew camerapersons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudjo biex jiġbdu ritratti/filmati.  Filmati u teħid ta' ritratti jista’ jsiru biss qabel ma jibda r‐recording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudios fil‐12:15. 

Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐21:45 ta’ filgħaxija. 

 

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

27 ta’ Marzu 2015