Ċirkulari 06/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
Kif tafu l-Awtorità ilha għaddejja b’xogħol ta’ manutenzjoni mat-torri għal dawn l-aħħar xhur. Iżda issa l-manutenzjoni se tibda ssir fuq il-livelli ta’ fuq tat-torri u għaldaqstant l-Awtorità tixtieq tavża li mill-Erbgħa, 11 ta’ Ottubru 2023 sa ma jinħareġ avviż ieħor, u sakemm it-temp jippermetti, se jkun hemm bżonn li tibda tintefa’ l-master antenna u minflokk tintuża l-antenna ta’ riserva b’qawwa ta’ trażmissjoni ridotta. Dan ħa jsir biex l-Awtorità tassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha.
Ix-xogħol mistenni jibda kuljum fit-08:00 u jdum madwar 6/7 sigħat. Għalhekk qed nitolbu l-kooperazzjoni tagħkom biex jibda jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jinqalbu t-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva, u mbagħad fis-14:30, biex jerġa jinqaleb kollox fuq l-antenna prinċipali.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
4 ta’ Ottubru 2023
Ref : 15/61