Decizjoni mill-Awtorità tax-Xandir dwar Ilment mill-Partit Laburista rigward il-Bulettin tal-Ahbarijiet ta TVM Imxandar fil-15 ta Lulju, 2015
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Laburista datat 23 ta Lulju, 2015 rigward l-ahbarijiet ta TVM tal-15 ta Lulju, 2015 fejn il-Partit ikkontenda li waqt rappurtagg dwar il-Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti l-istazzjon filwaqt li rrapporta il-Konferenza tal-Ahbarijiet tal-Gvern u tal-Oppozizzjoni dwar is-suggett, kien naqas milli jipprezenta ir-rejazzjoni tal-Partit Laburista, liema nuqqas skont l-istess Partit kien irrizulta fi zbilanc fil-konfront tieghu u ghaldaqstant kien qed jitlob rimedju.
L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Gino Cauchi Kap Ezekuttiv u Nigel Vella Koordinatur tal-Komunikazzjoni f isem u in rapprezentanza tal-Partit Laburista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap tat-Taqsima tal-Ahbarijiet ta PBS Ltd li kien assistit minn Dr Yanica Caruana f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd, f seduta li nzammet fit-28 ta Lulju, 2015.
Ic-Chairman introduca dan l-ilment billi rrefera ghall-korrispondenza bejn iz-zewg partijiet u t-talba tal-Partit Laburista.
Minn naha tieghu s-Sur Gino Cauchi qal li s-suggett tar-rapporti ta PBS Ltd kien il-Ligi dwar il-Finanzjament tal-Partiti liema ligi kienet ta importanza kbira u ta interess partikolari ghall-Partit Laburista bhala wiehed mill-protagonisti. Zied li filwaqt li l-istazzjon ghazel li jirrapporta Konferenza tal-Ahbarijiet tal-Oppozizzjoni inkluz bl-uzu ta sound bites ta Dr Chris Said, ir-rejazzjoni u l-pozizzjoni tal-Partit Laburista li huwa direttament koncernat fl-imsemmija Ligi u li kienet riflessa fi stqarrija ma xxandritx.
Is-Sur Cauchi qal li minkejja li kien hemm kwazi qbil unanimu bejn il-Gvern u l-Oppozizzjoni dwar l-istess Ligi, il-fatt li kien hemm xi divergenzi dwar partijiet minnha kien isahhah l-argument li l-pozizzjoni tal-Partit Laburista kellha tkun irrappurtata.
Minn naha tieghu s-Sur Reno Bugeja qal li l-istazzjon kien iddedika madwar hames minuti ghal dan ir-rapport dwar ligi li kien hemm kunsens dwarha miz-zewg nahat tal-Kamra tad-Deputati. Zied li l-istazzjon kien irrapporta b mod ampju kemm il-Konferenza tal-Ahbarijiet tal-Gvern u anke dik tal-Oppozizzjoni li kienet saret fil-bini tal-Parlament. Is-Sur Bugeja qal li editorjalment l-istqarrija tal-Partit Laburista ma kienet tbiddel xejn mis-sustanza u ma kienitx tinkludi elementi godda u essenzjali b valur t ahbar.
L-Awtorita` wara li rat id-dokumentazzjoni cirkolata u semghet u kkunsidrat fid-dettal is-sottomissjonijiet taz-zewg partijiet iddecidiet kif gej:
- L-editur tal-istazzjon ghandu dritt isegwi l-Editorial Policy tal-istazzjon, liema policy s issa rari tat lok ghal ilmenti, u l-Awtorita` bl-ebda mod ma trid li dan id-dritt li ghandu l-Editur jigi mittiefes hlief f dawk ic-cirkostanzi li huma indikati fil-Ligi Dwar ix-Xandir. Madanakollu, fil-kaz in kwistjoni, l-ahbar kienet intimament konnessa mal-operat tal-partiti u ghalhekk, f dan il-kaz partikulari kien ikun ghaqli li l-veduti tal-partiti politici stabbiliti, jitwasslu wkoll. Kien ghalhekk ragonevoli li l-Partit Laburista jistenna li l-veduti tieghu fuq il-Ligi Dwar il-Finanzjament tal-Partiti jigu mwassla lit-telespettatur. Minkejja li, kif argumenta l-istazzjon waqt it-trattazzjoni tal-ilment, il-veduti tal-Gvern u l-Oppozizzjoni twasslu adempjatament, fil-Bulletin ta l-Ahbarijiet li dwaru sar l-ilment, fil-konferenza tal-ahbarijiet li saret mill-Oppozizzjoni parti mill-kontenut kienet tirreferi ghal aspetti politici tal-partiti u allura bl-istess kejl, l-istazzjon seta facilment inkluda sintezi tal-istqarrija mahruga mill-Partit Laburista dwar is-suggett.
- Meta hadet in konsiderazzjoni l-materja trattata fil-Ligi in kwistjoni u cirkostanzi kollha tal-kaz, l-Awtorita` qablet li l-ilment tal-Partit Laburista kien jissussisti u ghalhekk kien qed jigi milqugh.
- Minhabba li l-argumentazzjoni dwar l-imsemmija ligi issa giet ezawrita u minhabba li fid-19 ta Lulju, fil-bulettin tal-ahbarijiet ta TVM kien rappurtat diskors tal-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat, li l-kontenut tieghu kien jirrifletti l-veduti espressi fl-istqarrija tal-Partit Laburista li dwarha sar l-ilment ma tinhassx il-htiega ta rimedju fuq dan l-ilment.
Illum 30 ta Lulju, 2015