L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta NET TV dwar il-programm Klinika li xxandar fi-23 ta Marzu, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt din l-edizzjoni kien hemm rokna informattiva ma Lucienne Bezzina mill-emCare li tkellmet dwar il-htiega li n-nies ikollhom certu makkinarju d-dar. Peress li r-rokna kienet fuq il-kardjologija, il-mistiedna introduciet apparat maghruf bhala chubb u l-on wrist li jkun imqabbad mac-Chubb u fis-sensiela ta reklami li xxandru ezatt wara li spicca dan il-feature, ixxandar reklam tal-emCare li matulu deher l-apparat on-wrist li kien deher ftit qabel fir-rokna informattiva.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sur Karl Gouder ghan-nom u in rapprezentanza tal-istazzjon u kif ukoll lil Ms Marica Mizzi ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fil-21 t April, 2015.
Minn naha taghha Ms Mizzi filwaqt li ammettiet l-akkuza sahqet li dan kien kaz sfortunat fejn minhabba l-fatt li r-reklamar huwa responsabbilta tal-istazzjon u mhux tal-produzzjoni kien hemm nuqqas ta ftehim dwar ir-reklami li kellhom jixxandru waqt l-edizzjoni tal-programm in kwistjoni, bil-konsegwenza li nholqot assocjazzjoni bejn parti informattivi/edukattiva u r-reklam.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wriet l-apprezzament taghha li dan il-programm fl-assjem tieghu huwa wiehed informattiv u huwa ta servizz ghat-telespettatur madanakollu l-provvedimenti tal-ligi kellhom ikunu osservati. L-Awtorita` hadet ukoll konjizzjoni tal-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u qablet li l-akkuza kienet giet ippruvata madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet li kellha twiddeb lill-istess sabiex ma jirrepetix dan in-nuqqas.
Illum 30 t April, 2015