L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm Eli & I Gold li xxandar fit-28 ta Mejju, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 4 u ta Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta fil-programmm ixxandar servizz fejn Kurt Calleja deher f karozza fi triqtu lejn il-Lasco Supermarket, u hekk kif wasal qrib id-destinazzjoni Kurt Calleja qal, “ghadna kemm wasalna z-Zejtun, ha nduru mar-roundabout hawnhekk u nkunu wasalna l-Lasco halli ngibu l-ingredjenti li ghandna bzonn”. Barra minn hekk, kif wasal hdejn il-Lasco Supermarket u pparkja l-karozza dehret inkwadratura tal-faccata tas-supermarket b Kurt Calleja diehel jaghmel ix-xirja tieghu.
In oltre, waqt ir-rokna tal-kompetizzjoni l-prezentatur Ian Vella staqsa lit-telespettatrici jekk thobbx tintizen. F nofs skambju cajtier bejn il-prezentaturi u l-partecipanta dwar il-piz, Elaine Agius qalet “dik imbaghad nghidu naqa lil Stellina sinjura, tinkwetax”; zieded tghid ukoll “lil Stellina ma nistax naghtihielek waqt il-loghba” u “il-mizien nista ntik li jista jwasslek s ghand Stellina. (21:30:10 – 21:30:50). Finalment bejn id-21:00:00 u l-22:00:00 tal-istess gurnata NET TV xandar 13 51” ta reklami.
L-Awtorità semghet lil Dr Joanna Spiteri (li kienet qed tidher fl-assenza tal-Kap Ezekuttiv) u lil Ms Marouska Pisani Bugeja f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, u lil Ms Elaine Agius f isem il-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-14 ta Lulju, 2015. Minn naha taghha Ms Agius i
kkontendiet li dejjem tkun attenta li ssegwi b mod rigoruz il-provvedimenti tal-ligi u l-kazi in ezami ma kienux intenzjonati. Ziedet li in oltre kienet izzomm kuntatt dirett u regolari mal-ufficcjali tal-Awtorità sabiex tevita n-nuqqasijiet u l-ksur tal-ligi.
Minn naha taghha Ms Pisani Bugeja filwaqt li ammettiet li l-istazzjon kien ecceda l-hin allokat ghal reklamar f siegha orarja qalet li dan kien rizultat ta zball minn naha tal-istazzjon.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur f dan il-programm iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.
Illum 23 ta Lulju, 2015