Net TV- Baker's Kitchen - 25 t'Ottubru

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta Media Link Communications Ltd. rigward l-edizzjonijiet tal-programm Baker s Kitchen li xxandru fil-25 t Ottubru u t-8 ta Novembru, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta Media Link Commumnications Ltd, dwar l-edizzjonijiet tal-programm Baker s Kitchen li xxandru fil-25 t Ottubru u t-8 ta Novembru, 2017 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta f dawn iz-zewg programmi inghatat prominenza mhux dovuta tal-prodott Kitchen Aid. Barra minn hekk, meta deher il-prodott ixxandret ukoll pop-up tal-istess ditta tal-prodott u l-kumpannija kummercjali li tbigh dan il-prodott. B dan il-mod kompliet tinghata prominenza lill-prodott inkwistjoni u dan bi ksur ta Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir.

Fl-akkuza kien allegat ukoll li kien sehh ksur tad-dispozizzjonijiet tal-ligi meta waqt li dehru l-partecipanti jitkellmu dwar dak li ghamlu fil-programm, intwerew ukoll il-prodotti tad-ditta Pfanner – il-kontenitur u t-tazza quddiem kull partecipant, u dan sehh bi prominenza. Jinhass li l-mod kif tpoggew dawn il-prodotti taw lok ghal prominenza mhux dovuta ghall-prodotti.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Karl Gouder li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur Dirk Spiteri Lucas produttur tal-programm, f seduta li nzammet fid-29 ta Novembru, 2017.

Minn naha tieghu is-Sur Karl Gouder filwaqt li ammetta l-akkuza qal li hekk kif gew infurmati bl-akkuza l-istazzjon u l-produtturi hadu l-mizuri necessarji sabiex jirrimedjaw n-nuqqasijiet. Zied li fil-kaz tal-pop-up din kienet dehret b kumbinazzjoni u l-istess kien gara fil-kazi l-ohra. Is-Sur Gouder qal li minn naha tieghu l-istazzjon jinforma lill-produtturi bil-provvedimenti tal-ligi u dwar dak li jista u ma jistghax isir waqt il-programm izda dan mhux dejjem ikun bizzejjed.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u ghalhekk kellha timponi l-penali relattiva ta €1750. L-Awtorità qablet li fic-cirkostanzi tal-kaz din id-decizjoni kellha tkun sospiza ghal sena mid-data tan-notifika.

Illum 2 ta Jannar, 2018