L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-edizzjonijiet tal-programm Distinti li xxandru fil-15 u t-22 ta Frar, 2016 fuq NET HD, fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir, dwar reklamar b ingann, u peress li tali programmi kellhom ripetizzjoni il-Hadd f nofsinhar, kien allegat ksur ukoll ta Artiklu 16M(4)(c) meta tqeghid ta prodott b kontenut alkoholiku bejn is-6.00a.m u d-9.00p.m.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Josef Fitzpatrick li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lil Jean Paul Micallef produttur tal-programm, f seduta li nzammet fis-6 ta Settembru, 2016.
Minn naha tieghu is-Sur Jean Paul Micallef filwaqt li ammetta l-akkuza qal li f dan il-kaz l-intenzjoni ma kienitx li jsir reklam izda li jinghata rikonoxximent lil mistieden. Zied li f dan il-kaz partikolari l-ismijiet li ssemmew ma kienux ta prodotti izda ta distillaturi/produtturi u ghalhekk f dan il-kuntest u cioe fejn isem il-prodott ikun intrinsikament marbut mal-produttur, il-linja ta demarkazzjoni ma kienitx daqstant cara.
Is-Sur Micallef qal li f dan il-qasam kien jehtieg li jkun hemm aktar edukazzjoni fuq l-aspett kulturali marbut mal-produzzjoni tal-whiskey u l-pubbliku jkun iggwidat u infurmat ahjar biex jikkonsma dan it-tip ta xorb bil-ghaqal u l-moderazzjoni.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur, minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.
In oltre l-Awtorità sahqet partikolarment fuq l-importanza li l-istazzjonjiet jirrispettaw b mod aktar rigoruz ir-regolamenti dwar reklamar ta prodotti alkoholici. Ziedet li sejra tkun aktar vigilanti u esigenti mal-istazzjonjiet sabiex ir-regolamenti ezistenti partikolarment fuq exposure ta alkohol matul il-hinijiet tal-gurnata jkunu segwiti bl-aktar mod ampju.
Dwar il-punti rilevati mill-prezentatur, l-Awtorità qablet li l-interpretazzjoni tal-provvedimenti tal-ligi kellha tkun aktar cara u definita partikolarment fir-rigward tal-uzu tal-brand name u l-uzu ta isem id-distillatur/produttur.
Illum it-22 ta Settembru, 2016