L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-programm Benniena li xxandar fil-5 ta Marzu, 2016 fuq NET HD, fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll ksur tal-Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm il-prezentatrici Christine Haber, flimkien mal-mistiedna taghha Phyllis, ipprezentaw rokna informattiva fejn tkellmu dwar x wiehed ghandu jpoggi fil-basket ghall-isptar bi preparazzjoni ghat-twelid ta wliedu. Ir-rokna ttellghet minn gewwa dak li deher bhala hanut u f diversi inkwadraturi deher b mod evidenti l-logo ta Mothercare. Waqt din l-edizzjoni, kien innutat ukoll li r-reklam li xxandar ezatt qabel din ir-rokna kien reklam ta Mothercare. Barra minn hekk, fi tmiem il-programm, il-prezentattrici Christine Haber wasslet il-kummenti konklussivi taghha minn biswit il-Mediterraneo Marine Park u ghalhekk il-logo tal-park deher b mod evidenti ghal diversi sekondi.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Josef Fitzpatrick li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fis-6 ta Settembru, 2016. Minn naha tieghu filwaqt li ammetta l-akkuza, ikkontenda li dan in-nuqqas kien rizultat ta misunderstanding bejn il-prezentatrici u l-produttur. Zied li dan kien servizz informattiv minghajr l-ebda introjtu ghall-istazzjon u l-istazzjon kien ha l-mizuri necessarji biex tali nuqqas ma jirrepetix ruhu.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur, minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.
In oltre l-Awtorità sahqet fuq il-fatt li fil-futur kienet sejra tkun aktar vigilanti u esigenti mal-istazzjonjiet sabiex ir-regolamenti ezistenti jkunu segwiti bl-aktar mod ampju u rigoruz.
Illum it-22 ta Settembru, 2016