F Living - Puttinu - 18, 19 u l-20 ta' Mejju, 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta F Living rigward
il-maratona ta Puttinu li xxandret fit-18, 19 u l-20 ta Mejju, 2018 fuq F Living

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward it-trasmissjoni tal-11 ta Jannar, 2018 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 23(5) tal-Att dwar ix-Xandir meta, minkejja l-Artiklu 23(5) tal-Att Dwar ix-Xandir u c-Cirkulari 13/17 ta nhar il-Gimgha 22 ta Dicembru 2017, l-istazzjon effettwa tibdil fl-iskeda tal-programmi minghajr ma informa lill-Awtorità tax-Xandir u ghaldaqstant lanqas inghatat l-approvazzjoni ghal dan. Ghalhekk it-trasmissjoni tal-maratona ta Puttinu sehhet bi ksur ta Artiklu 23(5) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li l-istazzjon ma addottax il-procedura indikata kemm fic-cirkulari 13/17 kif ukoll fil-ligi.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sinjuri Karl Bonaci u Giglio Pirrone f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018 li minn naha taghhom filwaqt li ammettew l-akkuza, irrilevaw li t-talbiet ghal xandir ta maratoni ghall-gbir ta fondi matul is-sena kien konsiderevoli u minn naha taghhom dejjem kienu jfittxu li jghatu l-kontribut taghhom ghall-iskopijiet u htigijiet differenti.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon, u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata madanakollu qablet li din kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. In oltre l-Awtorità sahqet fuq l-importanza li l-istazzjonijiet josservaw il-provvedimenti tal-ligi u sakemm ic-cirkostanzi jippermettu, jinfurmaw lill-Awtorità b tibdil fl-iskeda. In oltre u b mod generali l-Awtorità kkummentat fuq il-kwalità xi drabi xejn professjonali ta xi whud minn dawn ix-xandiriet u sahqet fuq il-htiega ta titjib ghall-beneficcju tat-telespettaturi.


Illum 3 ta Settembru, 2018