Decizjoni dwar il-programm Propjeta minn Wara l-Kwinti
li xxandar fl-24 ta Jannar, 2019
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward il-programm Propjetà minn Wara l-Kwinti li xxandar fl-24 ta Jannar, 2019, fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16 J (2) , Artiklu 13 (2) (a) u Artiklu 16 K (a) tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm kien hemm diskussjoni dwar il-graffitti b lingwi varji li mhumiex il-Malti jew l-Ingliz u l-komunità tas-Serbi f Malta. Il-mistieden residenti tal-programm kien is-Sur Simon Debono li gie introdott bhala s-Segretarju Generali tal-Federation of Estate Agents.
Il-mistieden is-Sur Simon Debono tkellem dwar hjiel u suspetti rigward l-ammont ta Serbi f Malta u wasal biex kompla bl-ipotezi tieghu li dawn is-Serbi jistghu jaghtu lok ghal dhul ta mafja Serba f Malta. Matul il-programm is-Sur Debono ta l-interpretazzjoni tieghu tal-graffitti bil-lingwa Serba li qed jinstabu ma proprjetajiet Maltin u kif dawn jindikaw li jezistu gangs f Malta. Matul il-programm il-mistieden semma li f Malta hawn gangs kriminali Serbi b rabta mal-mafja Serba u biex isostni dan il-punt wera siltiet minn dokumentarju dwar il-mafja Serba u l-operat taghha. Permezz ta dawn il-filmati u bil-mod kif zvolga l-programm jirrizulta li kien hemm ksur ta Artiklu 16 J (2) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li l-mod kif gie pprezentat il-programm u d-diskussjoni fih wasslet ghal incitament ghal mibeghda bbazata fuq nazzjonalità.
Barra minn hekk aktar ‘il quddiem matul il-programm minhabba li l-mistieden enfasizza li dawn il-barranin Serbi huma perikoluzi, li ssugerixxa li l-Maltin ghandhom jarmaw darhom b kameras ta sigurta, qal li jekk dawn ma jwasslu ghal xejn, allura wiehed ghandu jixtri arma tan-nar u jattendi korsijiet ta sparar. Qal li l-parir li jaghti huwa li jaghmlu l-kors ta target licence shooter A & B u ta parir li jixtru arma u jzommuha d-dar. Diskors bhal dan imur kontra Artiklu 13 (2) (a) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba li kontenut bhal dan “...x aktarx jinkoragixxi jew ihajjar ghall-kriminalità jew iwassal ghal dizordni...”.
Barra minn hekk, dan il-programm kellu wkoll irregolaritajiet mil-lat ta reklamar. Matul il-waqfiet tar-reklami xxandru reklami ghall-kumpanija Simon Estates u f dawn ir-reklami intwera l-isem u n-numru tal-mobile ta Simon Debono, liema numru wkoll inghata matul id-diskussjoni bhala l-kuntatt tal-Federeration of Estate Agents. B dan il-mod inholqot assocjazzjoni bejn il-kontenut editorjali tal-programm u l-kontenut kkummercjali. Ta min jirrimarka wkoll li l-programm jinghad li huwa mtella mill-Federation of Estate Agents.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Karl Bonaci li kien akkumpanjat mis-Sur Gilio Pirrone f isem F Living u lis-Sur Simon Debono ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fis-17 t April, 2019.
Minn naha tieghu s-Sur Simon Debono staqsa jekk l-Awtorità kelliex evidenza ta dizordni jew incitament ghall-mibgheda bbazata fuq in-nazzjonalita . Zied li s-Serbi kienu klijenti tieghu madanakollu wiehed ma setghax jinjora s-sitwazzjoni prezenti b zieda ta kriminalità organizzata. Zied li meta tkellem dwar il-bzonn li l-pubbliku jakkwista arma tan-nar u jitharreg fl-uzu taghha huwa dejjem tkellem fl-ambitu ta legalità u bl-ebda mod ma kien qieghed jalludi li kellha tinkiser xi ligi.
Is-Sur Karl Bonaci qal li l-istazzjon kien qieghed jipprova jqajjem kuxjenza fost il-pubbliku dwar attivita kriminali li kienet qieghda tizdied. Zied li FLiving kien qed jipprova jimxi differenti minn stazzjonijiet ohra.
Dwar il-parti tal-akkuza marbuta mar-reklamar s-Sur Debono qal li sa dakinhar tal-akkuza huwa kien juza numru tal-mobajl wiehed ghall-attivitajiet tieghu kollha inkluzkummercjali u kien ghalhekk li irrizulta dan il-kaz. Zied li issa kien qed juza numri differenti ghall-attivita kummercjali u attivita ohra.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat il-filmat relattiv u qablet li b mod generali siltiet mill-intervent tas-Sur Debono fil-programm kienu allarmisti u wiehed ried ikun attent li ma jnissilx biza fost it-telespettaturi. L-Awtorità rreteniet illi s-suggeriment tas-Sur Debono li wiehed kellu jikkonsidra li jixtri arma tan-nar minhabba l-periklu li kienu qed jipprezentaw is-Serbi kien fil-fatt jikser ir-regolamenti dwar gosti tajbin u kif ukoll li l-parti tal-akkuza rigwardanti r-reklamar kienet tissussisti. L-Awtorità in vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet iddecidiet li parti mill-akkuza kienet giet ippruvata u ghaldaqstant qablet li kellha timponi l-penali ridotta ta (€1750) liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.
Illum it-3 ta Mejju, 2019