F Living - F Living - 22 ta' Jannar, 2016

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-istazzjon F Living rigward trasmissjoni tat-22 ta Jannar, 2016 bejn l-4.00p.m. u l-5.00p.m. fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta jirrizulta li bejn l-4.00p.m. u l-5.00pm, l-istazzjon xandar total ta 15-il minuta u 58 sekonda ta reklamar (u dan minghajr ma ttiehed in konsiderazzjoni r-reklamar li xxandar parti minnu minhabba hsara teknika li kien hemm). Intant bejn il-5.00pm u s-6.00pm, l-istazzjon xandar total ta 22 minuta u 37 sekonda ta reklamar. Mehmuz ma din l-akkuza ghandek issib lista tar-reklamar li xxandar fuq F Living f dawn is-saghtejn indikati.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Virgiglio Pirrone li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fit-30 t Awwissu, 2016.

Minn naha tieghu s-Sur Pirrone filwaqt li ammetta l-akkuza qal li fil-kaz in ezami dak li kellu jkun teleshopping kien ikklassifikat u kkalkulat bhala reklamar ghal fini tat-tnax il-minuta f siegha orarja. Zied li dwar dan kienu diga saru diskussjonijiet mal-Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u l-problema kienet giet iccarata. Zied li l-istazzjon fl-ebda hin tal-gurnata ma kien ibiegh tnax-il minuta ta reklamar u ghalhekk il-ksur allegat ma setghax jirrizulta, ghajr ghar-raguni suesposta u cioe nuqqas ta distinzjoni cara minn naha tal-istazzjon ta dak li huwa reklamar u dak li jikkostitwixxi teleshopping.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u qablet li din l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu minhabba t-trapass taz-zmien u l-fatt li din kienet l-ewwel okkazjoni ghall-Bord il-gdid li jisma u jikkonsidra ilmenti, iddecidiet li twiddeb lill-istess biex ma jirrepetix tali nuqqas.

F dan il-kaz ukoll l-Awtorità sahqet li kienet ser tkun aktar vigilanti biex il-Ligi u r-regolamenti dwar reklamar u teleshopping ikunu osservati bl-aktar mod ampju u b aktar impenn mill-istazzjonijiet.

Illum 7 ta Settembru, 2016