Akkuza fil-konfront ta F Living rigward il-programm Esperjenza li xxandar fit-2 t ottubru, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward l-edizzjoni tal-programm Esperjenza li xxandret fit-2 t Ottubru 2017 fejn kien allegat ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta fil-parti introduttorja tal-programm u anki f hin iehor waqt rokna tas-sbuhija, il-prezentatur ta numru tat-telefon lit-telespetatturi, liema numru kien l-istess numru li kien qed jidher f kull reklam li deher tat-Top Brands matul il-programm. Dan wassal ghall-assocjazzjoni bejn il-kontenut tal-programm u l-element reklamatorju u kummercjali tat-Top Brands.
In oltre, fl-istess programm il-prezentatur Alan Gatt jidher jaghmel reklam ta prodotti differenti li wiehed jista jsibhom minghand Top Brands u fl-istess waqt jerga jinghata l-istess numru tat-telefon li nghata fil-bidu mill-prezentatur innifsu. Fil-programm il-prezentatur uza terminologija li turi li huwa involut fin-negozju tal-hairdressing.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Karl Bonaci f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur Giglio Pirrone, f seduta li nzammet fit-13 ta Novembru, 2017.
Is-Sur Karl Bonaci ikkontenda li l-ghoti tan-numru tat-telefon huwa necessarju peress li fil-programm jigu trattati temi delikati li mhux it-telespettaturi kollha ihossuhom komdi jiddiskutu on air u allura dawn jinghataw l-opportunità jesprimu ruhhom permezz tat-telefon. Zied li dan il-programm kien ilu jixxandar ghal xhur shah u qatt ma ngibdet l-attenzjoni dwar xi nuqqasijiet.
L-Awtorità, wara li rat id-dokumentazzjoni relattiva u hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, iddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva ta €1,750, liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 1 ta Dicembru, 2017