F Living - Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda - 28 ta' Settembru, 2017

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta F Living rigward it-trasmissjoni tat-28 ta Settembru, 2017

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward it-trasmissjoni tat-28 ta Settembru, 2017 fejn kien allegat ksur ta Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta mir-rapport li ghamel id-Dipartiment tal-Monitoring, irrizulta li bejn l-1200 u s-1300, l-istazzjon xandar total ta 24 minuta u 28 sekonda ta reklamar.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Karl Bonaci f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur Giglio Pirrone, f seduta li nzammet fit-13 ta Novembru, 2017.

Minn naha tieghu s-Sur Karl Bonaci ikkontenda li kien evidenti li fil-kalkolu tal-hin kien hemm inkluz element ta telebejgh u kien ghalhekk li l-hin kien jidher eccessiv.

Il-Kap Ezekuttiv qalet li jekk dan kien il-kaz allura r-regoli dwar teleshopping ma kienux qed jigu segwiti. Ziedet li ma kien hemm l-ebda distinzjoni fin-natura, forma u l-prezentazzjoni tar-reklamar in kwistjoni, u dak li xxandar ma kienx offerta diretta u ma kellux il-karatteristici principali ta telebejgh.

L-Awtorità semghet is-sottomissjonijet tal-partijiet, rat id-dokumentazzjoni relattiva u kif ukoll segwiet analizi tal-kaz minn ufficcjal taghha li minn naha tieghu elenka b mod dettaljat l-elementi reklamatorji/kummercjali waqt it-trazmissjoni tat-28 ta Settembru, 2017 li wasslu sabiex tinhareg akkuza kontra l-istazzjon, in partikolari d-differenza bejn il-karatteristici ta Telebejgh li kienu jiddistingwuh minn forom ta reklamar ohra, fejn kien evidenti li l-istazzjon kien qed ihallat dawn il-forom b tali mod li jimmassimizza l-hin allokat ghar-reklamar.

L-Awtorita nnutat li fi kwalunkwe cirkostanza l-istazzjon kien qed imur kontra provvediment tal-ligi, sew jekk il-kontenut kummercjali jkun meqjus reklamar proprju u sew jekk parti minn dan ikun meqjus telebejgh u dan ghaliex fiz-zewg forom kien hemm parametri ta hin li kienu qed jigu miksura. In oltre t-telebejgh li kien qed jipprezenta l-istazzjon ma kienx jirrispetta l-kriterji gia stabbiliti fi-ligi. In vista ta dan kollu l-Awtorita ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali relattiva fl-ammont ta €1160 liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.

Illum 2 ta Jannar, 2018