F Living - Para. 20, 23, 28 u 31 tat-Tielet Skeda - 11 ta' Jannar 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta F Living rigward
it-trasmissjoni fuq F Living tal-11 ta Jannar, 2018.


L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward it-trasmissjoni tal-11 ta Jannar, 2018 fejn gie allegat ksur ta Paragrafi 20, 23, 28 u 31 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta, matul din it-trasmissjoni (bejn 16:34:40 – 16:42:30) ezatt wara l-programm Fliving Show, ixxandret tieqa ta telebejgh (immarkat mill-istazzjon bhala TV Shop u bl-avviz dwar il-cooling off period) li kienet maghmula minn twieqi ta Tatara Bathrooms, Omajco Bedding & More u Best Deal Shopping. Minkejja li l-avviz dwar il-cooling off period ixxandar ezatt qabel il-parti ta Tatara Bathrooms, ir-rokna ta Tatara Bathrooms fl-ebda hin ma kienet immarkata bhala telebejgh. Barra minn hekk, matul din il-parti dehru numru ta prodotti li ma nghatax il-prezz taghhom. Fil-parti ta Omajco Bedding & More, ghalkemm dehru l-kliem TV Shop, fl-ewwel parti wkoll dehru diversi prodotti li ma nghatax il-prezz taghhom. Barra minn hekk, it-tul komplessiv ta din ir-rokna ta telebejgh kien ta 7 51” (ir-rokna ntemmet fl-16:42:31; infatti ixxandret promozzjoni bl-isem Ghalfejn Thammeg Pajjizek) u ghaldaqstant ma kellhiex it-tul minimu ta 15-il minuta.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sinjuri Karl Bonaci u Giglio Pirrone f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fit-8 t Awwissu, 2018 li minn naha taghhom iddikjaraw li huma dejjem fittxew li josservaw bl-aktar mod rigoruz ir-regolamenti dwar rekamar u ghalhekk dan il-kaz kien nuqqas genwin u avverra ruhu bi zvista u bla ebda intenzjoni.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza giet ippruvata u qablet li kellha timponi l-penali ridotta relattiva fl-ammont ta €930 liema penali kellha tithallas fi zmien 60 jum mid-data tan-notifika.

Illum 3 ta Settembru, 2018