Decizjoni dwar Ilment rigward il-programm Exodus fuq F Living tal-15 ta' Frar, 2019
L-Awtorità kellha quddiemha ilment minn Ms Gabriella Calleja, Head Human Rights Directorate rigward il-film bl-isem Once Gay li xxandar fuq F Living waqt il-programm Exodus fil-15 ta Frar, 2019.
L-Awtorità semghet minn naha wahda lil Ms Gabriella Calleja, Direttrici tal-SOGIGESC Unit li kienet assistita mill-Avukat Dr Desiree Attard u minn naha ‘l-ohra lis-Sinjuri Gilio Pirrone f isem F Living u lis-Sur Ivan Grech Mintoff ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-3 t April, 2019.
Dr Desiree Attard spjegat kif siltiet mill-film imxandar kienu jqajmu mibgheda diretta lejn il-komunita LGBTIQ u dan il-film kien jikkostitwixxi reklam ghal dik li tissejjah conversion therapy liema prattika kienet illegali f Malta. Dr Attard qalet li dan il-kontenut kien imur kontra Artiklu 82A tal-Kodici Kriminali li jistabbilixxi bhala reat kriminali l-uzu ta kliem jew imgieba ta theddid, abbusivi jew insolenti ... bil-hsieb li b hekk iqajjem mibgheda jew vjolenza razzjali jew religjuza kontra xi persuna ohra jew grupp ta persuni fuq bazi ta generu, identita tal-generu, orjentazzjoni sesswali ... b hekk [tinholoq] il-probabbilta li meta wiehed iqis ic-cirkostanzi kollha titqajjem vjolenza jew mibgheda razzjali jew religjuza... .
Dr Attard qalet illi partijiet mill-istess film kienu jmorru kontra wkoll id-dispozizzjonijiet dwar ‘prattici ta konverzjoni hekk kif deskritt fl-Att Dwar l-Affermazzjoni tal-Orjentazzjoni Sesswali, L-Identità tal-Generu u l-Espressjoni tal-Generu u jikkostitwixxu reat kriminali. Filwaqt li ccitat sentenzi tal-Qrati Maltin fil-kawzi fl-ismijiet Il-Pulizija vs Stephen Caruana (11/07/2003) u il-Pulizija vs Norman Lowell (15/07/2013) u kif ukoll tal-Qorti Ewropeja, Dr Attard qalet li dan il-kontenut kien jikkostitwixxi ‘hate speech u talbet li l-Awtorità taghti rimedju xieraq madanakollu il-partecipazzjoni f dibattitu ma kienitx meqjusa adekwata.
Is-Sur Giglio Pirrone qal li l-istazzjon ma kellu l-ebda hsieb li kien ser jinholoq xi forma ta zbilanc jew li xi parti tas-socjeta tigi offiza u sahansitra wara l-ilment kien offra stedina f edizzjoni ohra tal-istess sensiela.
Is-Sur Ivan Grech Mintoff filwaqt li cahad l-akkuzi qal li minhabba n-natura tal-kaz u l-akkuzi serji li kienu saru kien qed izomm id-dritt li jirreferi ghal assistenza legali. Zied li dak li ntqal fil-film kienu veduti personali marbutin ma twemmin religjuz ta min qalhom. Zied li dan kien tentattiv iehor biex jitnaqqar id-dritt tal-liberta tal-espressjoni u d-dritt marbut mat-twemmin religjuz.
Is-Sur Grech Mintoff qal li l-istazzjon kien ghamel stedina ghal partecipazzjoni u din ma gietx milqugha. Zied li sa dakinhar il-punti rilevati mid-Dipartiment fl-istess smiegh ma kinux gew komunikati lilu u l-istazzjon u ghalhekk kellu dritt jiddefendi ruhu legalment.
L-Awtorità ddiskutiet fit-tul dan l-ilment u s-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-argumenti rilevati waqt il-programm kienu jimmeritaw diskussjoni aktar wiesgha. In vista ta dan l-Awtorità ddirigiet lill-istazzjon sabiex joffri rimedju billi jalloka spazju f forma ta dritt ghal risposta biex ikunu esposti l-veduti u l-argumenti tal-parti l-ohra fil-kaz u b mod generali jinholoq il-bilanc rikjest mill-ligi.
Illum it-3 ta Mejju, 2019